madonna – One News

Madonna tagħlaq 60 sena

Ir-reġina tal-mużika pop illum tagħlaq 60 sena. Madonna, imwielda Madonna Louise Veronica Ciccone, hija l-ikbar artista femminili fid-dinja skont il-Guinness World Records. Hija biegħhet iktar minn 300,000,000 album madwar id-dinja, u organizzat madwar 10 tours globali biex tippromwovi l-mużika tagħha. Aqra aktar

Wirja Marjana f’Ħal Luqa

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, qed tittella’ Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn illum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjetà, f’Palazz Sant’Andrija.Aqra aktar

Il-Papa Franġisku se jikkanonizza żewġt itfal Portugiżi li “raw” lill-Madonna

Il-Papa Franġisku beda pellegrinaġġ lejn Fatima fiċ-ċentru tal-Portugall, post sakru fejn mistenni li jagħmel qaddisin żewġt itfal li kienu rgħajja.

Għaddew mitt sena minn meta ż-żewġt itfal flimkien ma’ tifla oħra qalu li kienu qed jaraw lill-Madonna waqt li kienu qed jirgħu lin-nagħaġ.

Il-Portugall żied is-sigurta u reġa impona kontrolli fil-fruntiera, filwaqt li ssospenda l-ftehim ta’ Schengen, hekk kif mal-miljun pellegrin mistennija li jaslu fil-pajjiż.

Aqra aktar

Madonna tadotta tewmin

Il-kantanta Madonna tefgħat stampa fuq Instagram tagħha flimkien ma’ tewmin bniet mill-Malawi. Qalet li l-proċess ta’ addozzjoni tat-tfal issa huwa lest u tinsab kuntenta li issa l-bniet huma parti mill-familja tagħha.

“Ninsab grata mmens lejn dawk in-nies mill-Malawi li għenu biex dan ikun possibbli” kitbet Madonna, filwaqt li appellat biex ikollha l-privatezza tagħha f’dan iż-żmien tranżitorju.

Madonna diġà għandha żewġt’itfal oħra mill-Malawi: David li addottatu fl-2006, u Mercy fl-2009.

Aqra aktar

Isalvaw il-Madonna

L-art jaf tiċċaqlaq, iżda l-fidi donnha baqgħat sħiħa.

Fl-Italja tkompli l-ħidma ta’ salvataġġ wara t-terremoti li donnhom ma jridux jaraw waqfien fiz-zoni ċentrali tal-pajjiż. Ma kienux biss bnedmin u annimali li kellhom jingħataw l-għajnuna, iżda anke oġġetti, b’mod partikolari dawk ta’ valur artistiku u reliġjuż.

Dan il-filmat juri l-ħidma biex statwa titulari ttieħdet f’post aktar sigur. Segwi l-filmat.

Aqra aktar

Send this to a friend