macron | One News - Part 2

Notifiki

Macron jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali fi Franza

Il-kandidat Ċentrist Emmanuel Macron rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fi Franza.

Hekk kif ftit tal-minuti ilu għalqet il-votazzjoni l-indikazzjonijiet dehru ċari mal-ewwel u jidher li Macron għeleb lill-kandidata tal-lemin estrem Marine Le Pen.

Qed ikun stmata li Macron kiseb ftit aktar minn ħamsa u sittin fil-mija tal-voti mixħuta fit-tieni rawnd tal-elezzjoni Presidenzjali.

Le Pen akkużata li kkupjat diskors li għamlet

Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali Franċiża, Marine Le Pen, qed tiġi akkużata li kkupjat id-diskors tagħha mingħand ir-rivali tagħha François Fillon, waqt diskors li għamlet ilbieraħ.

Diversi sezzjonijiet fid-diskors tagħha f’Villepinte, fit-Tramuntana ta’ Pariġi, jidhru li huma rrepetuti kważi kelma b’kelma minn kummenti li għamel Fillon f’diskors li għamel fil-15 ta’ April.

Aqra aktar

Theddida ta’ ‘Frexit’

Emmanuel Macron, il-kandidat Franċiz favorit fl-elezzjoni Presidenzjali ornda riforma sħiħa fl-Unjoni Ewropea sakemm ma tridx taffaċċja ‘Frexit’.

Macron li huwa pro-EU għadda dan il-kumment lill-BBC fl-eqqel tal-kampanja missieleta kontra Marine Le Pen. Din hija l-aħħar ġimgħa qabel mal-poplu Franċiż jiddeċiedi min se jkompli jmexxi l-Istat wara Francious Hollande.

Aqra aktar

Send this to a friend