Luqa | One News

Notifiki

Ibigħu l-ħwawar flok il-ħelu tal-Milied

Filwaqt li diversi skejjel iqassmu ħelu tradizzjonali tal-Milied fl-aħħar jiem tal-ewwel parti tas-sena skolastika, l-iskola Primarja ta’ Ħal Luqa ħadet ħsieb li anke f’dawn iż-żmienijiet ta’ festi tieħu ħsieb saħħet l-istudenti tagħha.

It-tfal għażlu li jbigħu ħwawar friski maqtugħin minn ġnien vertikali fil-bitħa tal-iskola stess. Fost il-ħwawar kien hemm nagħniegħ, klin, salvja u sagħtar.Aqra aktar

“Ninsab tikka nervuż!”- it-tifel li se jagħmel il-prietka f’Ħal Luqa

Tradizzjoni li tmur lura ħafna żmien, f’Jum il-Milied hija l-priedka tal-Milied – fejn ta’ kull sena tifel jew tifla jitla’ fuq l-artal waqt il-quddiesa li tħabbar it-twelid ta’ Ġesu’ Bambin, dik ta’ nofsillejl.

Noah Cassar, tfajjel ta’ disa’ snin se jkun wieħed minn dawk li f’Jum il-Milied se jxandar il-messaġġ tal-Milied.

Ftit siegħat qabel jagħmel din il-prietka, Noah qal li qed iħossu eċitat u xi ftit nervuż.  It-tfajjel qal li ilu jipprepara għal din il-prietka ‘il fuq minn xahar u li għalih din kienet sorpriża sabiħa. Spjegalna li matul din l-avventura huwa kellu l-għajnuna minn tal-familja, speċjalment minn ommu, u qal li qed iħossu kburi li qed iwassal il-messaġġ veru tal-Milied.

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 43 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa.

Il-Pulizija qalet li r-raġel instab għall-ħabta tat-20:10 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Imgiered, Ħal Luqa, bil-mutur tat-tip Meiduo, maqlub fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

Jitlesta l-proġett ta’ €500,000 ta’ Vjal l-Avjazzjoni

Tlesta l-proġett ta’ Vjal l-Avjazzjoni, li permezz tiegħu din it-triq ewlenija bejn il-Gudja u Ħal Luqa issa għandha t-tielet korsija tal-karozzi u korsija ġdida għar-roti fid-direzzjoni tat-tramuntana. Dan il-proġett ta’ €500,000 beda fis-sajf u l-korsija ġdida nfetħet għall-pubbliku x-xahar li għadda. Aqra aktar

Traffiku f’Ħal Luqa kawża ta’ ħabta

Ħabta bejn trakk u taxi ftit tal-ħin ilu f’Ħal Luqa kkawżat it-traffiku fl-inħawi viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Sa issa għad m’hemm ebda rapporti ta’ persuni feruti.

Is-sewwieqa huma mwissija jsuqu b’iktar attenzjoni minħabba t-traffiku li nġema’ kawża ta’ dan l-inċident.

Id-disa’ ajruplan tal-Air Malta jagħmel l-ewwel inżul tiegħu f’pajjiżna

Għall-ħabta tal-11:00 tal-Ħamis filgħaxija, miss għall-ewwel darba mat-tarmac tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-disa’ ajruplan  li se jiżdied mal-flotta tal-AirMalta.

L-għamla ta’ dan l-ajurplan huwa Airbus A320 miżbugħ lest bl-arma tal-AirMalta u hu meqjus bħala pass ieħor lejn il-pjan biex dik li sa issa kienet il-linja tal-ajru nazzjonali ta’ Malta, ssir il-linja nazzjonali tal-Mediterran.

Hawn tista ssegwi b’mod dirett dak li ġara:

L-inżul:

It-Tieni Parti:

Ritratti: Chris Spiteri/Sergei Farrugia

Wirja Marjana f’Ħal Luqa

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, qed tittella’ Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn illum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjetà, f’Palazz Sant’Andrija.Aqra aktar

Send this to a friend