Azzopardi sebaħ iħuf l-Excelsior

Ix-shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, bakkar u mat-tmienja ta’ dalgħodu kien diġa’ qiegħed fil-lukanda Excelsior fejn għaddew il-lejl ħafna mill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li hawn f’pajjiżna. Hemm ukoll numru ta’ ġurnalisti barranin li ġew jirrapportaw dawn l-avvenimenti importanti.

Aqra aktar

Interess biex jiftħu jew jespandu lukandi hawn Malta

 Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar illejla fil-parlament li mill-1 ta’ Jannar, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għandha erba’ applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda ta’ erba’ stilel u żewġ applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda ta’ ħames stilel.

Meta wieġeb mistoqsija parlamentari ta’ Claudio Grech, il-Ministru qal li qed ikun hemm ukoll żieda sostanzjali ta’ lukandi li applikaw biex iżidu n-numru tas-sulari.  Fil-fatt, fl-2014 applikaw ħames lukandi ta’ erba’ stilel u żewġ lukandi ta’ ħames stilel għal żewġ sulari addizzjonali, filwaqt li fl-2015 u fl-2016, rispettivament, applikaw disa’ u seba’ lukandi ta’ erba’ stilel.

Informazzjoni li poġġa fuq il-Mejda tal-kamra turi li bħalissa f’Malta hawn 42 lukanda ta’ erba’ stilel u 14 ta’ ħames stilel. Bejn il-perjodu 2004 u 2012, għalqu disa’ lukandi ta’ erba’ stilel u tliet lukandi ta’ ħames stilel.

Aqra aktar

Lukandi ta’ erba’ stilel sejrin tajjeb

 F’Mejju l-ammont ta’ nies li qattgħu lejl f’lukandi f’Malta kien 153,659. Kien hemm tnaqqis fl-iljieli li turisti qattgħu f’lukandi ta’ tliet u ħames stilel, iżda kien hemm żieda f’lukandi ta’ erba’ stilel. Infatti 48.5% tal-iljiet mqattgħin f’Malta kienu f’lukandi ta’ erba’ stilel.
Turisti qattgħu medja ta’ ħamest’iljieli f’pajjiżna f’Mejju li għadda. Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kien hawn żieda ta’ 2.8% fl-ammont ta’ turisti li qattgħu ljieli f’Malta, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Hawn Malta f’Mejju kien hawn 168 stabiliment li jakkomoda turisti, b’17,735 kamra tas-sodda u  39,028 sodda.