Il-PN sfidat jipprova li s-self ta’ Vassallo tħallas

“Nisfidaw lil Simon Busuttil jippubblika prova ċara li l-loan ta’ kwart ta’ miljun Ewro li kien tahom Zaren Vassallo ftit jiem wara d-deal tal-art tal-Lowenbrau tħallas lura biex jitneħħa kull dubbju.”

Din kienet l-isfida li għamel il-Ministru Owen Bonniċi waqt konferenza tal-aħbarijiet li ndirizza fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Il-Ministru tkellem dwar sensiela ta’ dubji li wieħed jistaqsi, wara dak żvelat mill-Awditur Ġenerali. Fosthom staqsa hix konċidenza li wara li nstab il-kompromess fuq l-art tal-Lowenbrau biex Vassallo bena imperu (wara intervent dirett ta’ Jason Azzopardi), Zaren Vassallo ta għotja ta’ €250,000 lill-Partit Nazzjonalista.

“Mhux ovja li jqumu dubji kbar?” qal il-Ministru Bonnici, u staqsa hux kumbinazzjoni li Vassallo xtara l-kumpanija LBM Breweries, bil-patt li jtiru l-kundizzjonijiet tal-art u l-fiddi taċ-ċens, u f’temp qasir il-Gvern qabel li jitħassru l-kundizzjonijiet u jifdi ċ-ċens. Flok issoktaw il-proċeduri legali li beda d-dipartiment tal-artijiet, daħal Azzopardi u qal li jinstab kompromess.

Il-Ministru qal li jqumu dubbji akbar meta l-finanzi tal-PN huma mistura, u biex dawn jitneħħew, sfida lil Simon Busuttil jippublika prova li s-self li tagħhom Vassallo tħallas lura.

Sfidah ukoll jgħid fuq l-iskema taċ-ċedoli jew dejn sigriet li ħadd ma jaf xejn fuqha ħlief minn ħawwad fil-borma u staqsa jekk Zaren Vassallo għandux xi ċedola.

“Simon Busuttil ma jistax jibqa’ mistoħbi, flok jattakka lil ġurnalisti li jsaqsu fuq dan il-każ, għandu jwieġeb aktar u aktar meta dan huwa l-istess persuna li jgħajjar lil kulħadd korrott fosthom riċenti lill-Kummissjoni Ewropea għax approvat il-proġett tal-enerġija” qal il-Ministru Bonnici. Aqra aktar

Azzopardi sebaħ iħuf l-Excelsior

Ix-shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, bakkar u mat-tmienja ta’ dalgħodu kien diġa’ qiegħed fil-lukanda Excelsior fejn għaddew il-lejl ħafna mill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li hawn f’pajjiżna. Hemm ukoll numru ta’ ġurnalisti barranin li ġew jirrapportaw dawn l-avvenimenti importanti.

Aqra aktar

Bla kumment: it-“tweġibiet” ta’ Azzopardi

Il-maġġoranza assoluta tal-ġurnalisti preżenti waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza Jason Azzopardi dalgħodu kellhom domandi dwar l-art tal-Lowenbrau x’jistaqsu.

Azzopardi “wieġeb” billi inqeda b’libell li għamel lill-Ministru Owen Bonnici.

Aqra aktar

Żaren Vassallo jirreaġġixxi wara 32 siegħa

32 siegħa wara li l-Ministru Owen Bonniċi żvela li l-eks Ministru Jason Azzopardi kien wiegħed “kompromess” lil Żaren Vassallo dwar l-art tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi, Żaren Vassallo tkellem għall-ewwel darba.

Fi stqarrija qal li hu qatt ma ltaqa’ u qatt ma tkellem ma’ Jason Azzopardi dwar dan il-ftehim. L-istess ċaħda għamilha Jason Azzopardi lbieraħ meta qal li se jiftaħ libell u l-Ministru tal-Ġustizzja qallu “Be my guest.”

Aqra aktar

Jason Azzopardi qal lil Żaren Vassallo li xi ħaġa jirranġaw

“Jason Azzopardi għadu ma refa ebda resposabbiltà kif qallu jagħmel l-Awditur Ġenerali” – kliem il-Minsitru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, hu u jiżvela informazzjoni ġdida li tpoġġi piż kbir ix-shadow Minister Nazzjonalista.

Spjega li l-kuntrattur Zaren Vassallo, li tant mar tajjeb bid-deal tal-Lowenbrau, iltaqa’ ma’ dak iż-żmien Ministru Jason Azzopardi.  It-twegiba ta’ Azzopardi li tant jippriedka fuq good governance kienet li xi ħaġa jirranġaw, jilħqu kompromess.

“Jiġifieri f’dan id-deal involva ruhu personalment u direttament Jason Azzopardi” spjega l-Ministru Bonniċi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet provda sfond ta’ dak li kien żvelat f’rapport tal-Awditur Ġenerali.

Aqra aktar

Jason Azzopardi ried birra u ma setax

Jason Azzopardi kien Ħal Qormi u qabdu l-għatx. Xtaq birra, imma ma setax. Seta’ għadda l-fabbrika tal-Lowenbrau, dik li fiha aktar minn 21,000 metru kwadru, imma din ma baqgħetx hemm b’daqqa ta’ pinna.

Għal mument kien nesa li minflok il-fabbrika li kellha suppost tagħmel il-birra biss, u forsi xi flixkun ilma jew luminata, illum hemm ma nafx kemm hemm il-stabbilment. Ħwienet ta’ ħabib tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista, tant li jagħti l-loans lill-Partit biex jibqa’ għaddej u forsi aktar …

Aqra aktar

‘Deal’ minn wara dahar il-Kummissarju tal-Artijiet

L-ewwel ftehim minn tnejn dwar l-art tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi kien sar mingħajr lanqas biss kien jaf li qed jinħadem il-Kummissarju tal-Artijiet, li fl-aħħar mill-aħħar kien se jkun responsabbli għal dan id-‘deal’.

Żvela dan id-dettall il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, li f’One News Breakfast kien qed jikkummenta dwar żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali li kkundannaw lil Jason Azzopardi.

Aqra aktar