lourdes agius – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-akkużat ibati mill-psikożi u prova jneħħi s-saħta minn fuq is-sieħba tiegħu- jixhed il-psikjatra

Baqa’ jinżamm arrestat ir-raġel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li jinsab mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius f’Settembru li għadda f’Raħal Ġdid.

Waqt li kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Michael Emmanuel, il-Psikjatra Joe Cassar xehed li l-akkużat ibati minn psikożi, kundizzjoni li ma tħallihx jgħix ir-realtà.Aqra aktar

Kellhom x’jaqmsu flimkien fil-lejl li qatilha

Bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Michael Emmanuel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius ix-xahar li għadda.

Fuq il-pedana tax-xhieda, l-investigatur ewlieni l-Ispettur James Grech mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet qal kif kien Emmanuel stess li dakinhar tal-15 ta’ Settembru mar jirrapporta l-Għassa ta’ Raħal Ġdid li s-sieħba tiegħu ma setgħetx tqum.Aqra aktar

Send this to a friend