lost and found | One News

Notifiki

9,000 persuna mistennija għall-festival Lost and Found

Disat elef persuna mistennija jattendu għall-festival Lost and Found ta’ din is-sena.

Festival li qed isir għar-raba’ sena konsekuttiva f’Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’wieħed mill-postijiet fejn ser ikun qed jitella l-festival, intqal kif il-festival se joffri erbat’ijiem u erbat’iljieli ta’ divertiment b’uħud mill-parteċipanti ser ikunu Jamie XX, Diplo Four Tet u Annie Mac innifisha.

Aqra aktar

Akkużat li ġab id-droga għall-party Lost and Found

Mark Anthony Vassallo inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kellu droga fil-pussess tiegħu.   Vassallo ta’ ħamsa u għoxrin sena minn San Pawl il-Baħar kien mixli li kellu droga kannabis u mediċina psikotropika u ristretta, li jidher li ma kienux għall-użu personali tiegħu.

Aqra aktar

Sit Ingliż jirrimarka pożittivament dwar il-festival Lost and Found f’Malta

Is-sit internazzjonali www.cosmopolitan.com/uk semmiet il-festival tas-sajf li jismu Lost and Found fit-tieni post bħala d-destinazzjoni li wieħed għandu jżur din is-sena fis-sajf li ġej.

Lost and Found se jsir bejn it-tlieta u s-sitta ta’ Mejju li ġej f’postijiet differenti madwar il-gżejjer Maltin.

Huma erbat ijiem ta’ divertiment għal kulħadd immirati għaż-żgħażagħ fejn bosta dj’s internazzjonali jagħtu spettaklu mużikali lil dawk preżenti fosthom ismijiet kbar bħal Annie Mac, Jamie XX, The Martinez Brothers u aktar.

Is-sit ifaħħar ukoll l-esperjenza li Malta bħala gżira mediterranja toffri b’mod naturali; ix-xemx, il-baħar, il-klabbs u l-madwar storiku. Dan il-festival jittella’ f’pajjiżna bl-għajnuna wkoll ta’ fondi mill-MTA.

 

 

Lost & Found: eluf ta’ żgħażagħ mistennija jaslu Malta f’Mejju

Għar-raba’ darba, il-festival Annie Mac Presents (AMP) Lost & Found se jirritorna f’pajjiżna. Aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbret il-lista ta’ parteċipanti li se jiġu hawn Malta waqt il-festival, li se jsir fl-ewwel ‘bank holiday weekend’ għar-Renju Unit f’Mejju.

Annie Mac Manus, magħrufa bħala Annie Mac, hija DJ Irlandiża u preżenatatriċi ta’ programm ta’ mużika elettronika ‘Annie Mac on BBC Radio 1’ fir-Renju Unit. Aqra aktar

7,000 se jerġgħu jsibu Buġibba għal Lost&Found

Fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla madwar 7,000 persuna se jerġgħu jkunu San Pawl il-Baħar għal festival tal-mużika Lost & Found. Festival li sar għall-ewwel darba f’pajjiżna sentejn ilu u s-suċċess ta’ dakinhar donnu wassal biex l-organizzaturi jerġgħu ifittxu lil pajjiżna għal darba wara oħra.

Fil-fatt, anke s-sena li għaddiet sar Malta u din id-darba mhux se jkun eċċezzjoni. Biex ma’ Jannar u Frar tajbin f’dawk li huma wasliet ta’ turisti Buġibba se tkun qed tħares il’ quddiem b’eluf ta’ żgħażagħ mistennija jimlew il-lukandi u l-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb bejn sessjoni ta’ żfin u oħra fi tmiem il-ġimgħa li ħafna se jkunu qed ifittxuha għal ftit mistrieħ.

Send this to a friend