Londra | One News

Notifiki

Il-faċċata tal-Big Ben tinkixef wara li kienet irrestawrata mill-ġdid

L-arloġġ magħruf bħala il-Big Ben f’Londra ġie rrestawrat għall-kulur oriġinali tiegħu, blu, wara aktar minn sena ta’ xogħlijiet ta’ restawr. Il-Ħamis, residenti u turisti li kienu fl-inħawi tal-famuża pjazza tal-Parlament f’Westminster, raw għall-ewwel darba l-faċċata restawrata ta’ dan l-ikona.

Il-kulur tad-deheb u dak kaħlani huma eku tad-disinn oriġinali tal-monument, li jmur lura għal qabel l-1930. F’din is-sena, il-faċċata tal-arloġġ kienet miżbugħa kollha sewda. Aqra aktar

Il-Parlament Ingliż jivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim

Il-Parlament Ingliż ivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-mozzjoni għaddiet b’312 vot favur tluq bi ftehim u b’308 favur tluq mingħajr ftehim.

Jum ilu, il-Parlament f’Westminster reġa’ vvota kontra l-abozz rivedut tal-Prim Ministru Theresa May dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Fil-Parlament, May qalet li l-abbozz rivedut jirrispetta r-riżultat tar-referendum ta’ Ġunju 2016 filwaqt li jirrispetta r-rieda tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea.

Iżda dan ma kienx biżżejjed biex jikkonvinċi l-Parlament Ingliż, li qed jibqa’ jsostni sal-aħħar li kwistjonijiet bħal dik tal-fruntiera Irlandiża se tibqa’ sfida għan-negozjati Brexit.

Student tal-mediċina jgħin mara twelled wara li nqabdet fuq l-underground f’Londra

Student tal-mediċina għen mara twelled fuq underground f’Londra. Hamzah Selim, li għandu 21 sena, kien fi triqtu lejn id-dar wara ġurnata skola, meta l-għajta ta’ mara ġabitu f’postu.

“Kienet diġà tilfet ħafna demm, u kienet taħt xokk kbir. Ma stajtx ma nagħmel xejn”, saħaq l-istudent mal-midja.

Huwa għen lill-mara twelled u uża l-ġakketta tiegħu biex jipproteġi lit-tarbija mill-kesħa. Hekk kif il-ferrovija waslet fil-waqfa li jmiss, li kien l-istazzjon ta’ Warren Street f’Londra, l-omm u t-tarbija ttieħdu minnufih l-isptar għall-kura.

Eżamijiet ta’ kulleġġ f’Londra tal-ġinekoloġija se jibdew isiru f’Mater Dei minn Ġunju

Minn Ġunju li ġej eżamijiet prestiġġjużi tar-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists se jibdew fl-Isptar Mater Dei. Dawn l-eżamijiet speċjalizzati huma mmirati għal tobba biex jispeċjalizzaw fil-ġinekoloġija. Dan tħabbar waqt żjara li għamlet delegazzjoni mill-istess kulleġġ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Li eżamijiet ta’ dan it-tip isir f’pajjiżna huwa mhux biss ta’ benefiċċju għal tobba Maltin li jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f’pajjiżhom stess, iżda l-Isptar Mater Dei u pajjiżna qegħdin ikomplu jirriafermaw ruħhom bħala ċentru ta’ eċċellenza medika.

Mara tinstab bla ħajja fi triq ewlenija f’Londra

Mara ta’ 30 sena tħalliet bla ħajja wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina fin-Nofsinhar ta’ Londra. Il-Pulizija ssejħu b’urġenza fi Triq John Ruskin, fl-inħawi magħrufa bħala Camberwell fil-Kapitali Ingliża, għall-ħabta tal-04:30 tat-Tlieta filgħodu. Il-mara nstabet mejta fuq il-post b’diversi feriti fuq ġisimha, riżultat ta’ diversi daqqiet ta’ sikkina.

Dan huwa l-ewwel omiċidju fl-Ingilterra din is-sena, u persuna qed tinżamm arrestata b’rabta ma’ dan il-każ.

Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li l-qraba tal-vittma għadhom ma ġewx infurmati b’dan kollu.

Send this to a friend