lokali | One News - Part 8

Notifiki

Suċċess għal atleti Għawdxin fi Spoleto

Grupp ta’ atleti Għawdxin membri tal-Athletix Ac Gozo ħadu sehem b’suċċess kbir fi Spoleto Urban crossing 20km. Din il-parteċipazzjoni kienet possibli wara stedina li saret lil Klubb Għawdxi minn Joe Bajada li kien il-leader tal-grupp kollu li mar fir-reġjun tal-Umbria bħala parti mill-Programm Erasmus + ‘SportGiveChance’ li applikaw għalih mal-Unjoni Europea l-Municipalita ta’ Spoleto. F’dan il-programm saru attivitajiet tal-atletika, kif ukoll ċikliżmu fejn mal-grupp issieħbu wkoll ħdax il-ċiklista Malti li ħadu sehem f’diversi tiġrijiet kemm tar-Road, kif ukoll tal-Mountian Bike.
Aqra aktar

Koppja ppremjata b’żewġt itfal sitt ijiem wara ż-żwieġ tagħhom

“Il-ħajja tagħna hija ħajja normali bħal ta’ kwalunkwe’ koppja eterosesswali oħra. Inħossu bħal ħaddieħor u nħobbu bħal ħaddieħor”. Dan huma kliem Dona u Lara, koppja omosesswali li ftit tal-jiem ilu kienu ppremjati b’żewġt itfal jiem wara li ċċelebraw iż-żwieġ tagħhom.

L-istorja tagħhom dehret dalgħodu fuq il-grupp soċjali ‘The People of Malta’,  u serqet qlub l-eluf f’kemm ilni ngħidlek.Aqra aktar

“Ħafna mill-miri tal-U.E. għall-2020 baqgħu fuq il-karta”-Alfred Sant

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ħames snin. Ħafna mill-miri tal-Istrateġija Ewropea-2020 baqgħu fuq il-karta. Dan qalu Alfred Sant b’reazzjoni għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Plenarja ta’ Strasburgu. Aqra aktar

Titnaqqaslu s-sentenza għal sena u disa’ xhur ħabs

Kurt Buttigieg kellu s-sentenza ta’ erba snin ħabs fuq pussess ta’ kokaina mnaqsa għal sena u disa’ xhur, wara li l-Qorti tal-Appell sabet li s-sentenza oriġinali ma kinitx skont ir-reat.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkunsidrat ukoll is-seba’ snin li ttieħdu bejn id-data ta’ meta sar ir-reat u d-deċiżjoni finali tal-Qorti tal-Appell.Aqra aktar

“Se tkisser ħajtek”

Raġel ta’ 33 sena li ma jaħdimx u m’għandux fejn joqgħod ingħata sentenza ta’sentejn ħabs wara li ammetta li seraq żewġ laptops u handbag f’temp ta’ xahar. Aqra aktar

Iż-żgħażagħ jgħidu tagħhom fil-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia mexxa l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, attività ta’ kull sena li tiġi organizzata flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Din l-attività tagħti opportunità liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-35 sena biex jiddibattu suġġetti magħżulin minnhom stess.

L-Ispeaker tkellem dwar l-importanza li kull persuna tgħix b’dinjità. Ħajja dinjituża tfisser li d-drittijiet u l-libertajiet essenzjali u fundamentali tal-persuna mhux biss ikunu sanċiti mil-liġi iżda jkunu wkoll, b’mod tanġibbli, imħarsa u garantiti mill-Istat. Fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem ta’ Diċembru 1948, l-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti impenjaw ruħhom biex jippromwovu r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-bniedem li huma s-sisien ta’ kull stat demokratiku u ta’ kull demokrazija rappreżentattiva.Aqra aktar

“Be smart, don’t start!”

 

Fis-sena 2016, 13% tal-imwiet kienu kawza tat-tipjip.

F’Malta hawn 20%tal-popolazzjoni Maltija li tpejjep. Tnaqqis ta’ 10% meta mqabbel mal-2002.

Bil-għan li d-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa iqajjem aktar kuxjenza dwar l-effett ħazin tat-tipjip fuq saħħet il-persuna, tnediet il-kampanja – Be smart, Don’t start.Aqra aktar

Send this to a friend