lokali | One News - Part 63

Notifiki

Ħabta bejn mutur u karozza fis-Swatar

Persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn mutur u karozza fis-Swatar, viċin l-Isptar Mater Dei stess.

Jidher li kien hemm persuna oħra nvoluta fl-inċident, iżda ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-Pulizija għadhom fuq il-post jinvestigaw il-każ.

L-MFSA tinnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta

F’kumment esklussiv ma’ one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri nnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta, jum wara ċ-ċertifikat tal-aġenzija internazzjonali tal-kreditu, Standard and Poor’s.

Cuschieri saħaq li dan is-settur għaddej minn tkabbir, u l-MFSA tagħmel diskussjonijiet regolari mal-banek kollha ta’ Malta biex tassigura futur sostenibbli għas-settur. Aqra aktar

Operaturi jitwaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut wara materjal li infirex mal-kosta

Spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi ikkonfermaw li  l-maġġoranza ta’ tniġġis li ntlemaħ fl-ibħra tan-naħa t’isfel ta’ Malta ġej mill-industrija tat-tonn. B’konsegwenza, diversi operaturi tal-industrija twaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut sakemm ma jimplimentawx il-miżuri meħtieġa. Aqra aktar

“Iż-żieda fir-rotot għenet biex iżuruna iktar turisti fl-2018”- Il-Ministru Konrad Mizzi

Iż-żieda fir-rotot ta’ linji tal-ajru li joperaw minn u lejn Malta kienet raġuni ewlenija għall-ammont rekord ta’ turisti li żaru l-Gżejjer Maltin fl-ewwel sitt xhur tal-2018.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega ma’ one.com.mt li ċ-ċifri maħruġa iktar kmieni llum huma wkoll frott ħidma għaqlija mill-Gvern f’dan is-settur.Aqra aktar

Bil-Filmat: Delia- “Il-firda fil-PN ipinġiha l-PL”

48 siegħa wara li ċeda għall-pressjoni tal-establishment biex ma jieħu ebda passi kontra Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mar jitkellem fuq programm fuq in-Net fejn id-domandi seta’ jistaqsihomlu biss il-preżentatur favorit tiegħu, Frank Psaila.

Jiem wara li nofs id-deputati tiegħu ħarġu jisfidawh pubblikament u l-eks Kap Busuttil qal li Delia jrid jeħles minnu, issa Adrian Delia qal li l-firda fil-PN qed ipinġija l-labour.  Aqra aktar

Send this to a friend