lokali | One News - Part 61

Notifiki

Direttur ġdid għal Caritas Malta

Il-psikologu Anthony Gatt huwa d-direttur ġdod għal Caritas Malta, li se jkompli jaħdem biex il-Knisja, permezz tal-Caritas, issaħħaħ is-servizzi li toffri bla ħlas b’mod partikolari fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma b’risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna.Aqra aktar

Ebda moħqrija fuq id-debba involuta f’inċident f’Tal-Pietà

Investigazzjoni li saret fuq id-debba li waqgħet fit-triq is-Sibt li għadda, wera li din ma kinitx maħqura minn sidha u li tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa. Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali investiga l-każ wara li sidha ġie identifikat, u saret spezzjoni minn uffiċjali tal-Animal Welfare u Veterinarju fejn sar eżami mediku fuq id-debba kif ukoll ġew spezzjonati l-istalel tas-sid.Aqra aktar

SR Technics b’investiment ta’ €35 miljun li se joħloq 350 impjieg ġdid

Issiġġiliat il-ftehim li permezz tiegħu, il-kumpanija tal-Avjazzjoni SR Technics se tinvesti ħamsa u tletin miljun ewro biex ikollha hanger ġdid li jesa sitt ajruplani fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-kumpanija li tagħmel il-manutenzjoni tal-ajruplani se toħloq tliet mija u ħamsin impjieg ġdid biex sal-aħħar tas-sena d-dieħla, tibda tħaddem aktar minn ħames mitt ħaddiem.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Mario Galea, mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks Karl Azzopardi u ma’ rappreżentant ieħor mill-SR Technics fil-preżena tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona. Il-ftehim jipprovdi li Sr Technics tibni hangar fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi li fih tkun tista’ tagħmel il-manutenzjoni ta’ sitt ajruplani f’daqqa.Aqra aktar

102 sena ilu…

Duminku Mintoff. Wieħed mill-ikbar ġganti fl-istorja politika Maltija. Statista li l-Partit Laburista kellu x-xorti jħaddnu bħala mexxej li ħalla t-timbru tiegħu fuq il-Partit u fuq il-pajjiż.

Imwieled bħal-lum fl-1916, f’Malta fortizza. Trabba bħala żagħżugħ qalbien li fil-fond ta’ qalbu kellu lil Malta ħielsa.Aqra aktar

Send this to a friend