lokali | One News - Part 6

Notifiki

Ara: Tfal b’ċans kreattiv waqt SkolaSajf

Dħalna fil-klassi u sibnihom medhija jaħdmu fuq kunċett ta’ camera – min iqasqas, min iwaħħal biċċa m’oħra, min ħaġa u min oħra.

Fiċ-Ċentru ta’ Skola Sajf f’Ħ’Attard iltqajna ma’ Daniel Zarb, student Universitarju li f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, bħala parti mill-istudji tiegħu ddeċieda li jgħallem il-bażi tad-disinn u t-teknoloġija lil din il-klassi.

Id-disinn u t-teknoloġija huwa suġġett li daħal fl-iskejjel sekondarji, imma Daniel jemmen li dan jista’ joffri benefiċċji lil tfal ta’ etajiet iżgħar.Aqra aktar

L-MFSA b’rivoluzzjoni biex tkun iktar effiċjenti

Filwaqt li wera fiduċja sħiħa fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Awtorità għaddejja minn bidliet kbar bil-għan li tkun aktar effiċjenti u jkun hemm superviżjoni aħjar, bis-servizzi kollha disponibbli fuq l-internet.

Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara attività li kellu fil-Gżira.Aqra aktar

Jidher li miet waqt li kien qed jipprattika l-APNEA

L-għada tal-mewta traġika taż-żagħżugħ Rabti ta’ 24 sena, il-Pulizija ssoktat bl-investigazzjonijiet tagħha biex tistabbilixxi l-kawża tal-mewt.

Dan wara li matul il-jum tal-Ħamis saret l-awtopsja fuq il-katavru tiegħu.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija qalu ma’ ONE NEWS li l-probabbiltà hi li Psaila miet meta kien qed jagħmel it-taħriġ tal-Apnea, teknika tal-għadds li permezz tagħha żżomm in-nifs.

Qalu li għall-kuntrarju ta’ każ ieħor simili li seħħ il-ġimgħa l-oħra u li fih tilef ħajtu Neil Zammit, Psaila ma kienx qed jogħdos b’kamera u għalhekk se jkun aktar diffiċli għall-Pulizija biex tistabbilixxi eżatt x’seta’ mar ħażin taħt wiċċ l-ilma baħar.Aqra aktar

Mara ta’ 66 sena rrappurtata nieqsa

Ruth Anne Resch ta’ 66 sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar ilbieraħ fl-10:30 f’Raħal Ġdid liebsa flokk roża u qalziet iswed.

Kull min għandu xi informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119, jew jgħaddiha fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

 

Nirien f’residenza f’Tas-Sliema

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu residenza privata f-Tas-Sliema ftit tal-ħin ilu.

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru mal-ewwel fuq il-post biex joffru l-għajnuna meħtieġa. Sorsi fuq il-post qalu ma’ one.com.mt li r-residenti ma kinux id-dar fil-ħin li kien hemm in-nirien, l-membri tad-CPD salvaw xi annimali li kienu fid-dar.Aqra aktar

Iċ-ċiklu li jmiss tal-IVF se jsir bl-emendi l-ġodda fil-liġi

Il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa approva b’mod unanimu l-protokoll dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF – li kienu diġà approvati mill-Parlament kemm fil-plenarja u kif ukoll fil-kumitat tal-abbozz ta’ liġijiet bil-għan li aktar koppji jsiru ġenituri.

Permezz ta’ dan il-protokoll, l-Awtorità se tkun tista’ tawtorizza l-fertilizzazzjoni ta’ aktar minn żewġ bajdiet sa massimu ta’ ħamsa.Aqra aktar

Send this to a friend