lokali | One News - Part 59

Notifiki

Sirjan imwissi jitlaq minn Malta

 

Sirjan ta’ 26 sena intgħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospizi għal sentejn wara li nstab b’karta tal-identità Taljana falza.

Farhoud Hassan, residenti l-Greċja ġie arrestat il-bieraħ.Aqra aktar

Jammetti li pparteċipa f’serqa

Libjan ta’ 28 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ametta li ipparteċipa f’serqa minn appartament fl-2016.

Abdulkarim Mohamed El Magtouf kien akkużat li seraq ġojjelli u flus b’valur ta’ aktar minn €2,300 minn appartament fl-Imsida.Aqra aktar

ARA: Kamra fl-ITU għall-qraba tal-pazjenti

Ġiet inawgurata kamra ġdida fid-Dipartiment tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei biex tintuża mill-qraba ta’ pesruni li jkunu rikoverati fl-ITU. Din il-kamra u kamra oħra fl-ITU għat-tobba ġew rinovati minn Rotary Club La Vallette bħala waħda mill-inizjattivi ta’ Life After Drew.
Aqra aktar

ARA: L-ebda direct order fil-kuntratti tal-estensjoni ta’ San Vinċenz de Paule, Times of Malta tippersisti fil-gideb

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ċaħad kategorikament li kien hemm direct order fuq proġetti f’San Vinċenz De Paule ma’ JCL & MHC Consortium. Il-kuntratt għall-estensjoni ta’ San Vinċenz de Paule sar skont ir-regoli tal-procurement stipulati  u f’kull pass kien hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti.

Minkejja li s-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ċaħad u informa lil Times of Malta b’dan kollu f’April li għadda, l-istess ġurnal qed jippersisti fil-gideb u jgħid illi dan kien direct order.Aqra aktar

Send this to a friend