lokali | One News - Part 58

Notifiki

ARA: Fazzjonijiet fi ħdan il-PN jitgħajru

Fl-eqqel tas-sajf, fazzjonijiet fi ħdan il-Partit Nazzjonalista komplew jippruvaw jaqtgħu saqajn xulxin.

Fuq it-Times, id-deputat Nazzjonalista David Stellini ma qagħadx jogħmodha u saħaq li l-fatt li l-Partit Nazzjonalista taħt Simon Busuttil niżżel in-nies fit-toroq fuq l-istorja ta’ Egrant, mingħajr ma kellu evidenza f’idejh kienet deċiżjoni ħażina ħafna.Aqra aktar

Il-fabbrikazzjoni tal-Egrant maħsuba biex tkisser l-integrità tal-Prim Ministru- L-MEP Alfred Sant

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant qal li l-mistoqsija etika dwar il-fabbrikazzjoni tal-Egrant tibqa’ kif wieħed jista’ jiġġustifika kampanja ta’ malafama kontra l-Prim Ministru u l-mara tiegħu fuq l-iskala li ġiet addottata, meta fi kwalunkwe każ l-evidenza kienet sa mill-bidu nett nieqsa mis-sustanza. L-allegazzjonijiet qawwija saru biex jimminaw għal kollox l-integrità tal-Prim Ministru u martu, barra milli jesponu lilhom u lil familthom għad-disprezz ġenerali. L-allegazzjonijiet irriżultaw ibbażati fuq l-ebda evidenza, anzi in parti fuq “provi” falsifikati.

Sant qal li s-saga tal-Egrant li għadha tidwi, qajmet għadd ta’ mistoqsijiet ta’ ordni etiku, politiku u legali li jintilfu fis-saħna tal-argumenti mqanqla bejn talanqas tliet naħat. Aqra aktar

It-Times jibqgħu jirrapportaw il-gideb dwar SVPR

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva ġab fix-xejn storja ta’ The Times of Malta li qalet li l-Gvern kiser is-silenzju u li pprova jaħbi xi fatti dwar l-estensjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule.

Fi stqarrija, is-Segretarjat ippubblika t-tweġibiet li bagħat lill-ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri tliet xhur ilu. Fit-tweġibiet uffiċjali, Camillieri ġie mgħarraf li x-xogħol ingħata b’kuntratt u mhux b’direct order.Aqra aktar

Bil-Filmat: Sewwieq l-Isptar wara li nqaleb bil-karozza fl-Imsida

Raġel ta’ tmienja u ħamsin sena mill-Marsa ittieħed l-isptar għall-kura wara li kmieni dalgħodu nqaleb bil-karozza fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 a.m. fit-Triq Victor Denaro kantuniera ma’ Triq SS Caruana meta għal xi raġuni s-sewwieq li kien qiegħed isuq Toyota Vitz ħabat ma’ vettura tal-għamla Ford Transi misjuqa minn raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi.

Jidher li mad-daqqa, ix-xufier tal-Vitz tilef il-kontroll u nqaleb bil-karozza tant li spiċċat rasha ‘l isfel fuq il-bankina tan-naħa l-oħra tat-triq.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għaddhom għaddejjien.

BIL-FILMAT: Imut żiemel fil-Furjana

 

Żiemel waqa’ u miet f’inċident li seħħ fi Triq San Franġisk fil-Floriana. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ warnofsinhar meta ż-żiemel kien qed jinstaq minn kuċċier, meta għal raġuni waqa’ minn tulu mal-art f’nofs ta’ triq u miet.

Fortunatament la kuċċier u lanqas it-turisti li kien qiegħed iġorr ma ġralhom xejn.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u membri tar-Rapid Intervention Unit flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li bdew jinvestigaw il-każ b’mod immedjat.Aqra aktar

Send this to a friend