lokali | One News - Part 4

Notifiki

150 metru ta’ culverts f’Ħal Qormi bħala tkomplija tal-proġett kontra l-għargħar

Bħala tkomplija tal-proġett ta’ kontra l-għargħar f’Ħal Qormi, ftit tal-jiem oħra se jitlestew 150 metru ta’ ‘culverts’ oħra tul it-Triq Dun Mario fil-qalba ta’ Ħal Qormi.

Għal dawn l-aħħar snin, din it-triq kienet fost l-aktar toroq f’Ħal Qormi li kienu jżommu ilma hekk kif kienet isservi ta’ kanal tal-ilma bejn żewġ partijiet f’Ħal Qormi.  Aqra aktar

Nuqqas ta’ attendenza għall-attività tal-għoti ta’ Ġieħ il-Mosta

Spikkat in-nuqqas ta’ attendenza għall-għoti ta’ Ġieħ il-Mosta lbieraħ filgħaxija, hekk kif hu evidenti li diversi postijiet riżervati baqgħu vojta tul l-attività kollha.

Dan hekk kif l-għaqdiet Mostin, fil-maġġoranza assoluta tagħhom kif ukoll bosta minn dawk li fl-imgħoddi ħadu ġieħ il-Mosta għażlu li ma jattendux l-attività.Aqra aktar

Traffiku f’Ħal Luqa kawża ta’ ħabta

Ħabta bejn trakk u taxi ftit tal-ħin ilu f’Ħal Luqa kkawżat it-traffiku fl-inħawi viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Sa issa għad m’hemm ebda rapporti ta’ persuni feruti.

Is-sewwieqa huma mwissija jsuqu b’iktar attenzjoni minħabba t-traffiku li nġema’ kawża ta’ dan l-inċident.

Konferma li Adrian Delia ħela sena sħiħa

Id-diskors ta’ Adrian Delia llejla fuq il-Fosos tal-Floriana ma kien xejn għajr konferma li Adrian Delia ħela l-ewwel sena tiegħu bħala Kap tal-PN.

Dan għax kuntrarju ta’ dak li wiegħed is-sena li għaddiet fl-istess post m’offra xejn ġdid.Aqra aktar

Tintemm it-tilwima bejn il-UĦM u l-Aġenzija Sapport

Dalgħodu l-UĦM issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ biex tkun tista’ ssir laqgħa b’għan ta’ ftehim aħħari mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Madanakollu baqa’ pendenzi li fuqhom ma ntlaħaqx qbil.

 Tard waranofsinhar il-laqgħa bejn il-union, l-entità governattiva u l-Ministeru konċernat komplew fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema laqgħat ġew moderati u mmexxija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Dawn it-taħdidiet wasslu għal ftehim finali.

 Il-UĦM irtirat b’hekk l-azzjonijiet industrijali u t-tilwima industrijali li kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jiem.

Pjan ta’ azzjoni għal Malta iktar inklussiva

Wara li tul l-aħħar ħames snin, pajjiżna poġġa lilu nnifsu fuq nett tal-klassifika tal-pajjiżi inklussivi u ugwali f’drittijiet għal persuni LGBTIQ, il-pass li jmiss hu li sas-sena 2022, pajjiżna jimplimentà 54 miżura ġdida għal soċjeta iżjed inklussiva fosthom fil-qasam tal-isport u l-edukazzjoni.

Dawn il-miżuri se jaraw l-implimentazzjoni t’ azzjonijiet li anke jekk xi wħud huma żgħar ħafna, se jħallu mpatt fuq il-ħajja ta’ persuni LGBTIQ.Aqra aktar

Send this to a friend