lokali | One News - Part 3

Notifiki

Bil-Filmat: “A party in dispersion”

“A party in dispersion”, hija l-mod kif l-editorjal ta’ The Malta Indipendent tal-lum qed tiddeskrivi l-qagħda prekarja li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, li bħalissa suppost qed jippriedka politika ta’ għaqda biex ifakkar l-54 anniversajru minn meta Gżiritna saret indipendenti.

L-editorjal jinnota kif sal-Ħadd li għadda stess, għalkemm xi partitarji Nazzjonalisti marru fuq il-Fosos biex isegwu l-attivtajiet tal-Indipendenza, kien hemm iktar persuni quddiem il-Qorti jfakkru l-memorja tal-blogger Daphne Caruana Galizia. Dawn il-persuni ħafna jassoċċjawhom mal-Partit Nazzjonalista għal raġunijiet ovvji, iżda interessanti wieħed jinnota li l-ikbar applawż minn dawn in-nies tfaċċa’ kull darba li xi ħadd tkellem kontra l-PN.Aqra aktar

ESKLUSSIVA BIR-RITRATTI: Qabda enormi ta’ droga f’għadd ta’ kontejners fil-Freeport

Ħidma kbira mill-uffiċjali tad-Dwana fil-Freeport wasslet għal dik li hija maħsuba bħala l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja ta’ pajjiżna.

ONE NEWS jinsab informat li d-droga, li nstabet f’tunnellati kbar, instabet f’għadd ta’ kontejners li kienu għadhom kif waslu Malta mis-Sirja bid-destinazzjoni aħħarija tkun dik tal-Libja.

Id-droga suspetatta reżina tal-kannabis instabet fi bramel tat-trab tas-sapun tal-ħwejjeġ.Aqra aktar

Valletta FC u investituri minn Dubai viċin li jilħqu ftehim

Waqt l-edizzjoni tal-programm ‘L-Argument Ikompli’, it-tim manager ta’ Valletta FC Gerard Ellul ikkonferma li Valletta u investituri minn Dubai jinsabu viċin li jiffinnalizzaw t-trattattivi li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur.  Din l-aħbar hija waħda pożittiva ħafna għaliex dawn l-investituri bla dubju se jagħtu saħħa finanzjarja ġdida lit-tim ta’ Valletta u awtomitakment fil-futbol Malti. Aqra aktar

Nerfgħu fil-vara

Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed inwaħħal f’moħħi li hemm bosta minn dawk li qed jidhru akkaniti għall-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia,  li fil-fatt iridu jirkbu fuq il-memorja tagħha u l-mewt traġika  tagħha.

L-aħħar inizjattiva ta’ Manwel Delia,  li għandu aġenda speċjali,  u jaħseb li se jmexxi lill-Maltin fuq ir-rotot li jrid hu. Ħaseb li għadu ma’ Austin Gatt u fit-Transport Malta jew bħala konsulent,  jew politiku,  jew kandidat.  Insomma.     Manwel Delia ġabar ħafna firem tal-avukati,  imma qisu nesa’ li Adrian Delia huwa avukat,  u martu hija avukata wkoll !  Ikun hemm min jgħid li Adrian Delia ma kienx ta’ żmienu,  għax kienu ilu li dabbar rasu minn mal-Arriva u żmien il-Bużullotti.Aqra aktar

Xogħol ta’ titjib biswit ir-roundabout tal-Mosta Technopark- se jingħalaq l-aċċess bil-lejl

Se jsir xogħol ta’ titjib tar-roundabout ta’ biswit il-Mosta Technopark u tal-faċilitajiet tal-ivvjaġġar bil-mixi qribha, għal inqas riskji ta’ aċċidenti għal dawk li jgħaddu minn din ir-rotta.

Id-disinn tar-roundabout ser jinbidel biex tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà tar-rotta minn Ħal Lija lejn il-qalba tal-Mosta. Fl-istess waqt, il-passaġġ bis-sinjali tad-dwal għall-qsim tat-triq bil-mixi li hemm viċin, fil-kisra lejn Triq Pantar, ser jitressaq ftit metri lilhinn biex ikomplu jonqsu r-riskji ta’ aċċidenti. Ir-roundabout ta’ maġenb il-Mosta Technopark tgħaqqad in-Naxxar (Vjal il-Labour), Ħal Lija (Triq il-Mosta) u l-Mosta (Triq il-Belt Valletta), f’waħda mir-rotot ewlenin minn u lejn it-tramuntana tal-pajjiż. Aqra aktar

Il-Viċi President tal-Indja jżur Malta

Malta u l-Indja.

Żewġ pajjiżi ġeografikament imbegħdin minn xulxin iżda b’waqtiet storiċi komuni għal xulxin u li ilhom għal snin twal jikkoperaw flimkien, fosthom dan l-aħħar fuq investiment fil-farmaċewtika.

Matul il-jum, il-Viċi-President tal-Indja Venkaiah Naidu beda żjara uffiċjali ta’ jumejn f’pajjiżna.Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa ma’ Theresa May f’Londra

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab f’Londra fejn aktar tard illum mistenni li jiltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May. F’din il-laqgħa mistenni li jiġi diskuss l-istadju delikat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ Brexit.

Waqt iż-żjara tiegħu fil-Kapitali Brittanika, il-Prim Ministru mistenni  jiltaqa’ wkoll ma’ negozjanti li jidhru li huma interessati li jinvestu f’Malta. Aqra aktar

Send this to a friend