lokali | One News - Part 12

Notifiki

Bil-Filmat: Jitqatta’ l-aħħar metru u nofs miċ-ċumnija ta’ Delimara

B’għoli ta’ 50 sular, iċ-ċumnija f’Delimara, dik li xi darba kienet l-itwal struttura f’pajjiżna għebet darba għal dejjem hekk kif inħattet kollha bi proċess li ħa madwar sena.

Kif jixhdu l-filmati ta’ ONE News, l-inġiniera u l-ħaddiema tal-kostruzzjoni qed jagħtu l-aħħar daqqa ta’ mannara liċ-ċuminja li għal snin twal kienet ta’ deterrent għan-nofsinhar ta’ pajjiżna b’snin twal ta’ tniġġis kkawżat mil-heavy fuel oil.Aqra aktar

Festival tal-isport b’kuxjenza fuq is-saħħa mentali

Għal darb’oħra, iż-żgħażagħ tar-raħal pittoresk tal-Fontana f’Għawdex se jtellgħu l-Festival tal-Isports, bit-tema tkun is-saħħa mentali.

B’kollaborazzjoni mal-Paroċċa tal-Fontana flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana se jiddedikaw il-Festival tal-Isports ta’ din is-sena biex iqajmu kuxjenza dwar l-istigma li hawn fuq is-saħħa mentali. Aqra aktar

Bil-Filmat: Eluf jattendu l-pellegrinaġġ tal-Grazzja

Eluf ta’ persuni fosthom tfal, adulti, u anzjani, ipparteċipaw fil-pellegrinaġġ tal-muturi u r-roti ta’ din is-sena, f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzja.

Il-pellegrinaġġ tar-roti telaq mir-Rabat, waqt li tal-muturi telaq mill-Mosta b’rotta kemmxejn itwal, biex imbagħad iltaqgħu il-Fgura, u daħlu kważi fl-istess ħin Ħaż-Żabbar.

Huma daħlu f’Ħaż-Żabbar wara inkwatru tal-Madonna bid-daqq tal-Ave Marija, bid-daqq tal-ħornijiet żgur li ma jonqosx.Aqra aktar

L-omm tħaddan lil Cristiano għall-ewwel darba fl-Isptar

48 siegħa wara każ li xxokkja lil bosta fejn tifel tat-twelid li kien għadu bil-kurdun instab imgeżwer qalb il-ħwejjeġ f’parapett ta’ blokka appartamenti f’Buġibba, il-Pulizija identifikat u bdiet tkellem lil omm iċ-ċkejken.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-omm hija Maltija, u sorsi qrib ONE News ikkonfermaw li għandha 22 sena u tgħix il-Qawra.

L-istess sorsi qalu li ż-żagħżugħa għandha tifel ieħor ta’ sena, u fl-aħħar sigħat saru l-arranġamenti meħtieġa biex dan jinżamm il-Cresche tal-Ursolini.Aqra aktar

Restawr f’San Ġwann t’Għuxa

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħabbar li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-barumbara f’San Ġwann t’Għuxa, Bormla. Din il-barumbara hija binja antika li l-Bormliżi antiki jirrakkontaw kif dejjem jafuha hemm u tkun ħasra jekk tintilef.

Dwar din l-aħbar, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mas-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli.

“In-nies ħadet nifs għaliex il-biża’ kien li nitilfu din il-binja storika jekk tibqa’ fl-istat li qiegħda,” qalet is-Sindku.Aqra aktar

Send this to a friend