lokali | One News

Notifiki

It-triq li tgħaqqad il-Marsa ma’ Ħal Qormi se tingħalaq għat-traffiku bejn it-Tlieta u l-Erbgħa

Mid-09:00 it-Tlieta sa kmieni l-Erbgħa filgħodu, it-triq li tgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq il-Marsa, (it-triq taċ-Ċimiterju tat-Torok), se tkun magħluqa għat-traffiku miż-żewġ direzzjonijiet minħabba xogħlijiet li se jkunu qed isiru bħala parti mill-proġett tal-Junction tal-Marsa.

Infrastructure Malta ħabbret ukoll li x-xogħol fuq Triq il-Gvern Lokali wasal fi stadju avvanzat u din mistennija tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku fil-ġimgħat li ġejjin. Aqra aktar

Iċċelebrat il-jum iddedikat għall-ħarsien tal-annimali – inawgurati faċilitajiet oħrajn fis-sezzjoni tal-Animal Welfare f’Għawdex

Bħal-lum tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk il-patrun tal-annimali, u għalhekk tiġi ċċelebrata wkoll ġurnata ddedikata għall-ħarsien tal-annimali. Sabiex jitfakkar dan il-jum, il-Ministeru għal Għawdex iddedika nofstanhar ta’ attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskola bil-għan li tkompli tiżdied l-attenzjoni lejn il-ħarsien tal-annimali.Aqra aktar

Ġimgħa ħabs sospiża għal Fr Charles Fenech – mhux ħati li abbuża minn mara vulnerabbli

Il-Qorti tal-Appell irrevokat sentenza ta’ tliet xhur ħabs sospiżi għal sena mogħtija f’Awwissu ta-sena li għaddiet lill-Patri Dumnikan Fr Charles Fenech ta’ 58 sena li kien nstab ħati li abbuża sesswlament minn mara li ngħad li kienet tbati b’mard mentali.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ppresduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera laqgħet l-appell tal-Patri Dumnikan li sostna li l-prosekuzzjoni ma ġabitx il-provi mitluba mil-liġi li kienu juru li wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur tal-mara. Il-Patri kien magħruf bħala d-Direttur tal-Kerygma u Radju Marija.Aqra aktar

Ħafna mill-femiċidji f’Malta saru minn qarib jew sieħeb tal-vittmi

Il-qtil ta’ Lourdes Agius is-Sibt li għadda huwa r-raba’ femiċidju ta’ din is-sena f’Malta. Mill-2000, minn kull 4 femiċidji li seħħew f’pajjiżna, 3 minnhom saru minn qarib sew sieħeb tal-vittma. Dan minkejja li Malta implimentat il-Konvenzjoni ta’ Istanbul fil-liġi tagħha. Stqarrija minn 36 NGO li jiġġieldu għad-drittijiet tal-bniedem u għall-ugwaljanza qalet dan.

Dawn l-NGOs qed jappellaw biex fost oħrajn, il-Pulizija tingħata taħriġ meħtieġ għal każi ta’ vjolenza kontra n-nisa, u jkollhom l-apparat meħtieġ biex jiġbru l-provi meta jkun irrappurtat xi każ ta’ vjolenza domestika jew kontra n-nisa. Fl-istess ħin, dawn l-għaqdiet appellaw biex kull każ ta’ dan it-tip ikun segwit mill-awtoritajiet mil-bidu sal-aħħar.Aqra aktar

Xahar ta’opri f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret programm ta’ attivitajiet marbuta mall-opri f’Għawdex – Gozo Opera Month.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-programm, il-Ministru Caruana qalet li dan il-festival abbinat mal-opri tfassal għall-ewwel darba wara diskussjonijiet fit-tul mal-partijiet kollha kkonċernati. Il-Ministru għal Għawdex uriet is-sodisfazzjon tagħha li l-opri liriċi li jiġu organizzati f’Għawdex miż-żewġ teatri fir-Rabat, issa se jkunu parti minn programm ferm iktar wiesa’ u impenjattiv. Għawdex se wkoll jiżżejjen skont it-tema operistika ta’ din l-attività tant prestiġjuża.Aqra aktar

Send this to a friend