logħob tan-nar | One News

Notifiki

L-Imqabba, Għawdex, il-Port il-Kbir, u l-Fosos tal-Floriana protagonisti fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar 2019

Il-Ministru Konrad Mizzi nieda t-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar. Il-Festival jibda fl-24 ta’ April fl-Imqabba. Il-Festival se jmur ukoll fil-Gżira Għawdxija, fejn se jittella’ spettaklu fix-Xagħra fis-27 t’April.

Fit-30 ta’ April, l-ispettaklu tan-nar ikun fuq il-Port il-Kbir. L-ispettaklu se jkun kollu is-sinkronizat mal-muzika, kif spjega l-Head of Events tal-MTA Lionel Gerada. Is-Sibt 4 ta’ Mejju se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali.Aqra aktar

Imfakkra l-vittmi ta’ splużjoni ta’ għaxar snin ilu

Fil-Festa ta’ din is-sena l-Karkariżi ser ifakkru l-ħames vittmi li għaxar snin ilu mietu traġikament f’waħda mill-akbar splużjonijiet fil-gżejjer Maltin.

Dik tal-Kamra tan-Nar ta’ Santa Liena f’Birkirkara. Għaxar snin wara l-Għaqda tan-Nar għada qed tirkupra mil-jum iswed tas-seba u għoxrin ta’ Ġunju tal-elfejn u seba.

Aqra aktar

It-temperaturi għoljin ma jxekklux il-logħob tan-nar

L-istaġun tal-festi jinsab fl-aqwa tiegħu u t-temperaturi għoljin li rajna dan ma ċedewx biċċa. Dan ifisser li x-xogħol li s-soltu diġà kien jsir fis-sħana din is-sena rrikjeda ftit iktar sagrifiċju mis-snin ta’ qabel. Ix-xemx qawwija u t-temperaturi għoljin madanakollu ma jidrhux li xekklu preparamenti għal-logħob tan-nar tal-festa ta’ Santa Marija fl-Imqabba.

Tkellimna ma’ Jeremy Mercieca, attivist fil-Kamra tan-Nar ta’ Santa Marija fl-Imqabba dwar il-preparamenti għall-festa mill-aspett tal-logħob tan-nar.

Aqra aktar

Ħaż-Żebbuġ bi struttura b’forma unika

Minkejja li għadu ma bediex uffiċjalment, l-istaġun tas-sajf iġib miegħu l-festi tradizzjonali Maltin.

Dan hekk kif nhar is-Sibt li ġej se jittella spettakklu tan-nar mill-aqwa fil-lokalita’ ta’ Ħaż Żebbuġ fejn lejlet il-festa se ssir il-ħarqa ta’ struttura li ilha tinħadem għal dawn l-aħħar ħdax-il xahar.

Aqra aktar

Aqra hawn jekk tħobb il-logħob tan-nar

Ġunju wasal u miegħu waslet il-festa tal-padrun San Filep ta’ Aġira, festa li hija magħrufa għal diversi affarijiet speċjalment fejn tidħol il-pirotekknika.

Ta’ kull sena s-St. Philip’s Fireworks Factory dejjem toħloq xi ħaga ġdida, oriġinali u innovativa u din is-sena mhux eċċezzjoni.

Aqra aktar

Ġejja xalata f’April għal min iħobb il-logħob tan-nar

Il-Malta International Fireworks Festival din is-sena se jsir bejn is-Sibt 22 ta’ April u l-Ħadd 30 ta’ April. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu  ħabbru li se jsir fi tliet positijet differenti fil-gżejjer Maltin; ix-Xagħra Għawdex, Marsaxlokk u l-Belt Valletta.

Kollox se jibda f’Għawdex nhar l-22 ta’ April. L-ispettaklu jkompli f’Marsaxlokk nhar it-28 t’April u l-gran finale jsir fil-Port il-Kbir nhar il-Ħadd 30 t’April. L-ispettaklu tal-għeluq din is-sena se jkun sepċjali, għax apparti li se jimmarka l-anniversarju ta’ meta Malta ssiebħet fl-Unjoni Ewropea, se jkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jimmarkaw il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-mużika tal-għeluq se tkun tal-Orkestra Filarmonika u l-logħb tan-nar ta’ Pyroemotions u l-St Mary Firework Factory ta’ Ħal Għaxaq.

 

“Seħħ miraklu” – Inkellmu vittma tal-isplużjoni f’Marsaxlokk

“Il-Madonna kienet magħna!” Emozzjonat, hekk stqarr ma’ One News Stanley Bondin, li huwa l-kap tal-kamra tan-nar tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. L-għada tal-ispluzjoni f’ Marsaxlokk, Bondin qalilna li setgħu jgħodduha b’waħda għax setgħu tilfu ħajjithom, “inqis dan l-inċident bħala miraklu, l-isplużjoni kienet waħda kbira”.

Aqra aktar

Send this to a friend