Liverpool | One News

Notifiki

It-tazza taċ-Champions League tibqà fi Spanja għat-tielet sena

Għat-tielet sena konsekuttiva, Real Madrid huma r-rebbieħa taċ-Champions League.Dan hekk kif is-Sibt filgħaxija fi Kiev, it-tim Spanjol għeleb lil dak Ingliż ta’ Liverpool bl-iskor ta’ tlieta b’wieħed.

Kien Benzema li fetaħ l-iskor fil-51 minuta hekk kif il-goaler ta’ Liverpool Karius tefa l-ballun f’saqajn il-Franċiż. Erba minuti wara, Mane ġab id-dro għal Liverpool u reġa qawwa l-qlub tal-partitarji tat-tim Ingliż. Biex imbagħad fl-erbgħa u sittin minuta, Bale skurja b’rabuxxata u reġa poġġa lil Madrileni fil-vantaġġ.

U kien l-istess Bale li seba minuti qabel tmiem il-logħba ssiġġilla r-rebħa, hekk kif ixxuttja minn sebgħa u għoxrin metru ‘l barra mil-lasta, b’Karius jagħmel żball ieħor u ma jżommx il-ballun. B’dir-rebħa, Real Madrid rebħu l-kompetizzjoni taċ-Champions League għat-tlettax-il darba minn sittax-il darba li waslu sal-finali.

Dan filwaqt li din kienet it-tmien darba li Liverpool waslu sal-finali, fejn rebħu ħamsa minnhom, bl-aħħar waħda tkun fl-2005.

ARA: Mijiet ta’ Maltin f’Ruma għas-semi finali tal-UCL

 

Bejn it-Tliet u l-Erbgħa mijiet ta’ Maltin se jerħulha lejn il-kapitali tal-Italja Ruma sabiex isegwu s-Semi Finali tal-UEFA Champions League bejn Roma u Liverpool fi Stadio Olympico.

One News jinsab informat li l-biljetti tal-ajru tat-tliet linji tal-ajru li se jtiru lejn Ruma nħatfu f’kemm trodd salib.

Iżda wara l-aggressjoni li seħħet it-Tlieta li għadda fl-ewwel leg ta’ din is-Semi Finali meta partitarju tal-Liverpool spiċċa f’qagħda kritika wara li ndarab minn partitarji tar-Roma, il-klabb internazzjonali tal-Liverpool ħaseb għal bosta prekawzjonijiet.

Wara laqgħa li saret f’Ruma dwar is-sigurtà bejn iż-żewġ klabbs, Liverpool ħarġu għadd ta’ regolamenti għall-partitarji kollha li ser jattendu għal-logħba.

Steve Sciberras uffiċjal fil-kumitat ta’ Liverpool Supportes Club wissa lill-partitarji Maltin biex joqogħdu attenti.

 

L-appell tagħna lil minn sejjer hu biex ma jmurx bil club colours iżda jmur pajżan aħna l-Maltin għandna vantaġġ li ħafna minnha nitkellmu bit-Taljan u ma nidrux Ingliżi. Jien fit-2001 kont hemm: sfrakkass, weġġgħu 14-il supporter b’ daqqiet ta’ sikkina. L-atmosfera se tkun l-istess oqogħdu attenti.

Qal li qabel il-logħba se jsiru għadd ta’ tfittxijiet u għalhekk ħeġġeġ lill-partitarji biex jaħsbulu kmieni.

Is-Sur Ivan Vella uffiċjal fil-Klabb ta’ Roma f’Malta qal li l-akbar attenzjoni trid tingħata ħdejn il-grawnd u fil-pjazez.

 

F’din is-Semi Finali Liverpool jinsabu diġà f’vantaġġ ta’ ħamsa bi tnejn, madankollu fil-logħba tal-ballun kollox possibbli, biż-żewġ rappreżentanti tal-klabbs f’Malta jgħidu li tliet gowls fil-futbol ma saru jiswew kważi xejn.

 

Seville għat-tielet darba, jew Klopp bl-ewwel waħda?

Illum tintlgħab il-logħba finali mill-Europa League. F’St.Jakob Park l-Iżvizzera, Liverpool jiltaqgħu kontra Sevilla.

Din se tkun is-seba’ finali tal-Europa League minn mindu sar eżerċizzju ta’ rebranding mill-UEFA Cup. Sevilla qed jittamaw li jsiru l-ewwel tim fl-istorja li jirbaħ tliet titli konsekuttivi, wara li għelbu lil FC Dnipro s-sena li għaddiet u u lill-ġganti Portugiżi Benfica fl-2014. Mhux se tkun faċli, fid-dawl li Liverpool irnexxilhom jgħelbu lill-favoriti Borussia Dortmund fi kwart ta’ finali straordinarju, minbarra li għelbu lill-Villarreal fis-semifinali.

Aqra aktar

Liverpool u Sevilla fil-finali tal-Europa League

Liverpool u Sevilla fil-Finali tal-Europa League.

Liverpool u Sevilla irnexxielhom jagħmluha għall-finali tal-Europa League wara li rnexxielhom jegħlbu lil VillaReal u Shaktar Donetsk rispettivament.

Liverpool għamlu rimonta kbira f’darhom wara li kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 fi Spanja. Sevilla komplew iżidu ma’ dak li kienu ġa bnew barra minn darhom.

Il-finali ser tkun qed tintlagħab F’ St. Jacob Park fl-Isvizzera fit-18 ta’ Mejju.

Send this to a friend