lingwa | One News

Notifiki

Id-di u d-do, il-ħajbu, u l-beati paoli…Dawn kif spiċċaw fl-ilsien Malti?

Id-di u d-do. Dawn kienu żewġ bastimenti żgħar li dejjem kienu jbaħħru flimkien. Biex nibqgħu fuq it-tema marittima, baħri tal-arbanja, baħri tal-bnazzi li qatt ma ġarrab xejn. Dawn huma kliem li nibtu minn tradizzjonijiet fl-ilsien tagħna.

Fil-librerija tal-Fakultà tal-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta, il-gwida għat-turisti, Martin Morana għamel taħdita dwar espressjonijiet fil-Malti. Din it-taħdita ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Fakultà tal-Arti u saret bħala parti mill-proġett fuq it-tradizzjoni orali.Aqra aktar

L-Għanijiet tal-Milied fi studju

Ħafna huma dawk li fi żmien il-Milied ikantaw u jisimgħu diversi għanjiet tal-Milied. Francesca Attard, ta’ 21 sena, li hija għalliema tal-Malti, għamlet riċerka dawr dawn l-għanijiet tal-Milied.

Aqra aktar

ARA: Ma naqblux fiż-żifna imma naqblu fil-lingwa – Malta u l-Lebanon

Żewġ pajjiżi li ġeografikament jinsabu fil-Mediterran; Malta u l-Lebanon. It-tnejn li huma kellhom influwenzi puniċi imma ż-żmien ibiddel u jaġġorna.

Nistgħu ngħidu li Malta ħadet aktar xejra Ewropeja minħabba influwenzi minn pajjiżi viċin iżjed tagħna u anke li ħakmuna fosthom tal-aħħar, ikunu l-Ingliżi.

Iżda ħafna kliem fil-lingwa Lebaniża jixbaħ ħafna lil dak Malti. Jekk tasal sal-Lebanon u titkellem bil-Malti, kapaċi jifhmuk perfettament.

Il-Lebaniżi huma wkoll magħrufa għall-uċuħ sbieħ minħabba l-ġilda ftit skura b’tendenzi ta’ għajnejn b’ lewn aħdar.

It-tagħlim tal-Malti – rotot differenti biex nilħqu t-tfal kollha

Dawk kollha li llum jitgħallmu l-Malti mhu se jaraw l-ebda tibdil, u dan jinkludi dawk li jispeċjalizzaw fil-lingwa Maltija fl-istudji tagħhom. Id-diskussjoni se tiffoka fuq li jsir sforz biex il-Malti jintuża minn faxxa ikbar ta’ nies, kemm Maltin kif ukoll barranin. Li se jiġi diskuss mhu se jbiddel xejn milli hemm bħalissa, iżda se joffri rotot ġodda ta’ tagħlim għal dawk li llum il-Malti ma jużawhx.

Aqra aktar

Paġni ġodda fil-ktieb Malti

Għexieren ta’ kotba qed ikunu analizzati għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb qabel ikun deċiż jekk jagħmluhiex għall-fażi finali. Responsabbli minn dan il-proċess hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Tkellimna ma’ Mark Camilleri, il-President ta’ dan il-Kunsill. Mhux biss dwar il-premju iżda wkoll dwar x’qed toffri l-letteratura Maltija, x’inhu l-livell u xi rwol qed jieħu fis-soċjetà l-awtur Malti. Bħal dejjem Camilleri kien ċar u dirett fit-tweġibiet tiegħu.

Aqra aktar

“Inkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna”

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet serata organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-għaqdiet tal-Malti, fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.

F’diskors li għamlet, il-President Coleiro Preca, tkellmet fuq l-importanza li nkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna, is-sabiħ tagħha, is-sens ta’ identità u profondità li tagħtina biex tassew turina aħna minn aħna.”

Studenta tal-Junior College tirbaħ kompetizzjoni Ewropea

Abigail Callus, studenta tal-Junior College G.F. Abela hija r-rebbieħa Maltija tal-kompetizzjoni tat-traduzzjoni 2016-2017 għall-iskola “Juvenes Translatores. Flimkien ma’ 27 rebbieħa oħra minn kull Stat Membru, se tmur Brussell biex tiġbor il-premju għall-aqwa traduzzjoni fis-6 ta’ April 2017

Dakinhar ir-rebbieħa se jiġbru t-trofej tagħhom mingħand il-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther Oettinger.

“Prosit lir-rebbieħa tal-għaxar edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni. Il-ġenituri u l-għalliema tagħkom għandhom għax ikunu tassew kburin bil-kisba tagħkom. Nixtieq nifirħilkom talli lqajtu l-isfida u wrejtu talent daqshekk promettenti. Il-lingwi jiftħu l-imħuħ u jegħlbu l-ostakli. Jgħinuna nifhmu popli u kulturi oħrajn. Nifraħ lir-rebbieħa li wrew kreattività u talent fl-24 lingwa tal-UE. Nawguralkom ilkoll!”, qal il-Kummissarju Günther Oettinger.

Aqra aktar

Sitt għaqdiet ewlenin – stqarrija waħda dwar il-lingwa Maltija

Sitt istituzzjonijiet u għaqdiet ewlenin li jaħdmu favur l-iżvilupp tal-Malti, irringrazzjaw lill-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti tad-dedikazzjoni tagħhom u tal-ħidma professjonali li wettqu favur l-ilsien nazzjonali.

Fost oħrajn faħħru s-sottokumitat maħtur biex jistudja l-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti, biex il-lingwa tagħna jkollha sistema serja ta’ kif tikteb il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż.

“L-għalliema, il-ġurnalisti, ix-xandara, il-kittieba, il-pubblikaturi, it-tradutturi, u l-poplu inġenerali issa jistgħu jserrħu rashom li fejn jidħol dan il-kliem issa għandhom quddiemhom deċiżjonijiet mibnijin fuq riċerka serja dwar il-fenomeni lingwistiċi f’Malta u l-esperjenza ta’ fenomeni simili barra minn Malta, u fuq konsultazzjoni pubblika wiesgħa u fil-miftuħ”.

Aqra aktar

Send this to a friend