ligi | One News - Part 5

Notifiki

Imħallfin u maġistrati sodisfatti

L-Assocjazzjoni tal-Magistrati u Imħallfin esprimiet sodisfazzjon għal-ligi li għadha kif għaddiet mill-Parlament fejn kienet emendata l-Kostituzzjoni ta’ Malta u ntrodott, fost affarjiet oħra, pensjoni għall-membri tal-Ġudikatura.

Fi stqarrija l-Assocjazzjoni osservat bi pjaċir li din il-leġiżlazzjoni għaddiet mill-Parlament bil-vot unanimu tal-deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni.

L-Assoċjazzjoni qalet li tqis li din il-legiżlazzjoni sejra ssaħħaħ il-qasam tal-amministrazzjoni tal-Ġustizzja ta’ pajjiżna anke għaliex qed tirrikonoxxi r-rwol vitali li għandha l-Ġudikatura fit-tisħiħ tad-demokrazija fil-pajjiż.

 

Liġi li kienet ilha mistennija

Ilbieraħ, il-programm “Nistaqsu” ddiskuta r-riforma fil-liġi dwar il-ħarsien tat-tfal.Fost dawk li intervjenew u l-mistiedna fil-Programm, spikka l-bżonn li pajjiżna jkollu liġi li verament tiggarantixxi futur aħjar lill-ġenerazzjoni t’għada.

Aqra aktar

Id-dritt tal-espressjoni: “Irridu ngħidu affarjiet li jixxokkjaw lill-komunità”

Aktar espressjoni artistika u pieni aktar ħorox għall-pornografija estrema.

Dawn huma fost l-punti ewlenin tar-riforma fil-liġi taċ-ċensura li għall-ewwel darba tintroduċi wkoll ir-revenge porn bħala att kriminali.

Filfatt pajjiżna huwa wieħed mill-ewwel stati Ewropej li daħħal din il-liġi bħala att kriminali. Pajjiżna issa huwa wieħed mill-ewwel pajjizi Ewropej li għamel att kriminali t-tixrid ta’ pornografija bi tpatija.Aqra aktar

Diskussa liġi ta’ standards fil-ħajja pubblika

Abbozz ta’ liġi li ilu jinħema s-snin, għada se tkun pass eqreb li tidħol fis-seħħ. Din hija l-liġi ta’ standards fil-ħajja pubblika, li għal snin twal tħalliet fuq l-ixkaffa imma li bil-prominenza li qed tingħata minn din il-leġislatura se twassal biex ikollna parlament iktar trasparenti.

Aqra aktar

Send this to a friend