ligi | One News - Part 4

Notifiki

Studenti tal-liġi bi proposti dwar ‘hate speech’

Fl-okkażjoni tal-jum dedikat lid-drittijiet umani, grupp ta’ studenti tal-liġi mill-għaqda studenteska ELSA (European Law Students Association) ippreżentaw policy paper bl-isem ta’  ‘Hate Speech: Negotiating Peace in the Ambit of Freedom of Speech’.
Dan id-dokument ta’ sittin paġna huwa magħmul minn proposti relatati ma’ implimentazzjoni u traspożizzjoni li qed tadotta l-Unjoni Ewropea  biex tiġġieled ir-razziżmu u ksenofobija.

Aqra aktar

Issa tista’ tapplika online għal riċerka dwar testmenti

  • Inizjattiva li oriġinat minn suġġeriment ta’ impjegat

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħabbar inzjattiva li se tnaqqas il-burokrazija fil-proċeduri tal-amministrazzjoni.

Hija inizjattiva li oriġinat minn suġġeriment li għamel impjegat fil-Qorti t’Għawdex fl-inizjattiva IDEA. Permezz ta’ sit elettroniku li huwa aċċessibbli biss għall-uffiċjali pubbliċi, l-impjegati jressqu l-ideat tagħhom dwar kif jista’ jitjieb l-operat tas-Servizz Pubbliku. Anton Mizzi ssuġġerixxa li  wieħed għandu japplika għal riċerka għal testmenti pubbliċi u testmenti sigrieti minn post wieħed, b’mod elettroniku.

Sa llum jekk il-pubbliku jrid jirriċerka għal testment pubbliku, irid imur ir-Reġistru Pubbliku u biex jordna riċerka dwar testament sigriet, irid imur fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili, il-Belt Valletta. B’din l-inizjattiva, il-pubbliku jista’ japplika minn sit eletroniku għal dawn ir-riċerki, billi jimla eForm waħda mingħajr il-ħtieġa li jmur la fir-Reġistru Pubbliku u lanqas fir-Reġistru tal-Qorti.  Anke il-ħlas isir online u r-riżultat tar-riċerka jintbaghat lill-applikant permezz tal-posta.

Il-Minsitru qal li l-akbar użu għal dan is-servizz isir minnn nutara, imma numru kbir ta’ nies privati jagħmlu riċerki huma wkoll.  Fl-2015, ordnijiet għal riċerki ta’ testmenti pubbliċi kienu 10,500, u saru 8,991 riċerka għal testmenti sigrieti.

Aqra aktar

“Emendi fil-liġi tal-Malti se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali”

Entitajiet ewlenin tal-ilsien Malti juru tħassib tagħhom

B’reazzjoni għal dak li qalu s-sitt entitajiet tal-lingwa Maltija fi ħdan il-Kunsill waqt konferenza, li l-emendi proposti se jfaqqru l-ħidma tal-entitajiet akkademiċi li dejjem ħadu deċiżjonijiet dwar il-lingwa, dan għaliex l-emenda tgħid li l-Kunsill għandu jħaddan tlettax-il membru b’rappreżentati ġodda, il-Ministeru għall-Edukazzjoni saħaq li dawn l-emendi se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali tal-Malti.

Ġie spjegat li dwar din il-liġi saret konsultazzjoni pubblika wiesgħa u dettaljata li għaliha kien hemm rispons tajjeb minn kull persuna jew entità li ssottomettiet kritika u suġġerimenti kellha r-rispons tagħha analizzat u kkunsidrat.

Aqra aktar

Mil-lum, garanziji u drittijiet iktar b’saħħithom għaċ-ċittadini fil-qasam tal-ġustizzja kriminali

Illum daħlet fis-seħħ liġi ġdida li tintroduċi d-dritt għall-assistenza legali waqt l-interrogazzjoni jew arrest. Dan minbarra diversi drittijiet oħra għal persuni taħt investigazzjoni jew arrest.

Iċ-ċittadini Maltin mil-lum bdew igawdu garanziji u drittijiet li ċittadini oħra f’numru ta’ pajjiżi l-iktar avvanzati ilhom igawdu snin kbar.  Dawn huma garanziji u drittijiet favur iċ-ċittadini fl-iktar mumenti delikat għalihom.

Aqra aktar

Ried isir gwardjan, imma xellef difru WISQ mal-liġi….

Il-Kummissarju tal-Pulizija kien korrett meta ċaħad l-applikazzjoni ta’ raġel għal liċenzja ta’ gwardjan, fid-dawl tar-rekord tiegħu. Dan iddeċidietu l-Qorti tal-appell.

Christopher Galea kien applika għal liċenzja biex issir gwardjan iżda ġie miċħud mill-Kummissarju tal-Pulizija f’Awissu 2014, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku.

Il-Kummissarju tal-Pulizija kien osserva li Galea kellu diversi kwistjonijiet mal-liġi u għalhekk kien ta’ theddida kontinwa għall-pubbliku.

Aqra aktar

Pass eqreb lejn Liġi tal-Koabitazzjoni

Issa li l-Parlament reġa’ beda jiltaqa’, minnufih ġie ppreżentat l-abbozz dwar il-Liġi tal-Koabitazzjonigħall-ewwel qari. Il-pass li jmiss issa huwa l-pubblikazzjoni tal-abbozz fil-Gazzetta tal-Gvern, biex imbagħad nimxu għat-tieni qari tal-abbozz.
Il-liġi tfasslet biex tkun indirizzata r-realtà ta’ bosta koppji u familji. Il-koppji li jikkoabitaw se jkollhom mod kif l-istat jirrikonoxxi r-relazzjoni tagħhom u jagħtihom drittijiet legali u soċjali bażiċi kemm waqt u kif ukoll wara r-relazzjoni.
Il-Liġi tal-Koabitazzjoni kienet imwegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Il-liġi tapplika għall-koppji li qatt ma żżewġu jew li huma separati, u mhux ħbieb jew familjari.
Wara l-konsultazzjoni pubblika, li ntemmet f’Mejju li għadda, il-Ministeru kompla jiltaqa’ mal-esperti fil-qasam u jaħdem fuq l-istess abbozz sabiex jippreżenta l-aħjar verżjoni possibbli quddiem il-Parlament. L-esperti jinkludu nies mir-Reġistru Pubbliku u l-Kunsill Notarili, li magħhom il-Ministeru ħadem sabiex iffinalizza dan l-abbozz.

Aqra aktar

Se jkollok avukat BI DRITT waqt l-arrest

Persuna arrestata se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.

Persuna suspettata għandha tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat għandu jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.

Dan tħabbar illum wara li kien ippubblikat abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ id-dritt ta’aċċess għal avukat privat fl-iktar mumenti fejn persuna tkun vulnerabbli.

L-abbozz ta’ liġi  tressaq mill-Ministru Owen Bonnici bil-għan li tiġi implimentata direttiva Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’proċeduri kriminali u f’dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

Aqra aktar

Rakkomandat foster care speċjalizzat għal tfal fi problemi mal-liġi

Għandu jkun hemm foster care speċjalizzat għal tfal fi problemi mal-liġi. Dan jipprovdi soluzzjoni aħjar biex it-tfal jerġgħu jintegraw fis-soċjetà iktar milli jmorru l-ħabs jew Monte Carmeli.

Din ir-rakkomandazzjoni ħarġet fi studju bit-tema Let Me Thrive, li kien ikkummisjonat mill-uffiċju tal-Kummissarju għat-Tfal. L-istudju twettaq fl-2014 u l-2015 u huwa bbażat fuq intervisti fid-dettall ma’ tfal li għaddew minn foster care, minn ġenituri li taw lill-uliedhom għall-fostering, foster carers, professjonisti u dawk responsabbli mit-tfassil ta’ liġijiet.

Aqra aktar

Approvata l-liġi dwar il-ħatra tal-ġudikanti

Il-Parlament illejla approva b’mod unanimu l-liġi li se tbiddel il-mod kif issir il-ħatra tal-imħallfin u l-maġistrati.

L-ikbar bidla se ssir fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti, bit-twaqqif tal-Kummissjoni dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

L-emendi jipprovdu wkoll għad-dixxiplina tal-ġudikanti. Il-bidla li se tkun qed tidħol fis-seħħ wara snin ta’ diskors u wara li l-gvern ippreżenta din ir-riforma li se tara t-twaqqif ta’ Kummissjoni li tiskrutinizza dawk ikkunsidrati għall-ħatra ta’ ġudikant. Din il-liġi kienet deskritta bħala waħda storika mill-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici.

Aqra aktar

Send this to a friend