ligi | One News - Part 2

Notifiki

Titjib fil-liġi tal-IVF

Mistoqsi dwar l-emendi għall-bidliet fil-liġi tal-IVF, Joseph Muscat fuq ONE Radio tenna: “Urejna li nisimgħu u għamilna xi emendi għal proposti tagħna. Fost oħrajn li l-kwistjoni ta-ssurrogacy noħduha b’mod separat u aġġustajna l-punt dwar l-anonimità tad-donatur.”

Aqra aktar

Qabel tilmenta rigward informazzjoni li ħarġet minn facebook u forsi m’għoġbitekx aqra dan

Ħafna huma dawk li jispiċċaw f’kontroversji u polemiki li għandhom x’jaqsam mas-sit popolari ta’ facebook. Dawn ikunu jirrigwardaw xi malafama, xi status li ma jintgħoġobx u anke ġieli jidher xi ritratt fuq midja u dak li jkun ma jkunx jixtiequ jidher.

Iżda tajjeb li wieħed qabel joħloq inkwiet bla bżonn u jaħli ħinu u forsi anke flusu għax ikun spiċċa qabbad xi avukat għal xi kwistjoni li ma jkollux raġun, jiftakar li dak li jitfa’ facebook, jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqu, huwa pubbliku, irrelevanti għandekx ritratt ma’ xi ex sieħeb jew sieħba, jew kontx tgħid mod u llum ieħor, kontx taqbel m’argument u llum m’għadekx. Tajjeb li qabel titfa’ xi ħaga għall-pubbliku, tkun ċert minn dak li se tesponi.

Aqra aktar dwar xi drittijiet għandek b’relazzjoni mas-sit facebook hawn: https://www.facebook.com/about/privacy

Liġi ġdida li tamministra d-dejn tal-gvern

 

Il-Parlament beda jiddiksuti fit-tieni qari abbozz ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji  – liġi li ll-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sejjaħ bħala element fundamentali fejn tidħol il-governanza tad-dejn pubbliku.

Ilbieraħ filgħaxija huwa qal li dan l-att se jservi wkoll bħala bażi biex jixpruna ’l quddiem riformi oħra bil-għan ewlieni li jintlaħqu l-aspettattivi tal-gvern, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Fond Monetarju Internazjzonali u tal-aġenziji tal-kreditu fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dejn.Aqra aktar

Koabitazzjoni: tidħol fis-seħħ liġi li ilha mwiegħda 20 sena

Il-Parlament approva liġi li tirregola forom differenti ta’ koabitazzjoni bil-għan li joffri protezzjoni u jagħti aktar drittijiet lill-koppji li jgħixu flimkien.

Il-liġi approvata taħseb f’dawk il-koppji li ma jixtiqux ikunu regolati mill-istituzzjonijiet taż-żwieġ jew unjoni ċivili, iżda xorta jixtiequ li l-għażla tagħhom li jgħixu flimkien tkun rispettata.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Helena Dalli kien spjegat li l-liġi tagħraf li kull koppja għandha l-preferenza tagħha ta’ kif tirregola r-relazzjoni.

Aqra aktar

INDJA: Ħabs u multa għal min joqtol il-baqar

Għada se tidħol fis-seħħ liġi fl-Istat ta’ Gujarat, l-Indja, li tista’ twassal biex persuna li toqtol il-baqar teħel għomorha l-ħabs. F’emenda li saret fl-Att tal-preservazzjoni tal-annimal, dawk li jġorru ċ-ċanga ukoll jistgħu jeħlu sa għaxar snin ħabs.

Aqra aktar

Send this to a friend