ligi – One News

Notifiki

Liġi tal-kera bilanċjata li tħares l-interess ta’ kulħadd

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qal li l-liġi proposta dwar is-suq tal-kera hi riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li sar għal diversi xhur, inkluż bil-pubblikazzjoni ta’ white paper dettaljata. Kemm fl-istadju ta’ konsultazzjoni, kif ukoll fil-vot fil-parlament, din il-liġi dejjem gawdiet minn qbil unanimu. Aqra aktar

Kemm-il koppja miżżewġa jagħżlu li jżommu kunjom il-mara?

Hekk kif daħlet fis-seħħ l-liġi l-ġdida tal-kunjomijiet, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara.

Dan intqal wara statistika minn Identity Malta fejn ħareġ li minn totall ta’ 2,536 żwieġ fl-aħħar sena, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara, filwaqt li 242 koppja kkumbinaw il-kunjomijiet tagħhom.Aqra aktar

Jgħaddu mill-istadju tat-tieni qari l-emendi tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarj

L-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji għadda mill-istadju ta’ tieni qari fil-Parlament. Dan mistennija jolqot madwar 1,600 organizzazzjoni volontarja rreġistrata mal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji. Dan juri kemm il-preżenza ta’ dan is-settur hija b’saħħitha u hi ta’ valur għas-soċjetà, fejn il-kontribuzzjoni ta’ dan is-settur hija ta’ għajnuna kbira lis-settur ċivili tal-pajjiż.

Din kienet l-ewwel impenn tal-Parlament Malti wara li llum beda’ jiltaqa’ wara waqfa tul is-sajf. Aqra aktar

Jidħlu fis-seħħ l-emendi fil-liġi tal-IVF

Daħlu fis-seħħ l-emendi fil-liġi tal-IVF, biex issa il-proċess huwa wkoll disponsibbli għal koppji lesbjani u nisa li m’humiex f’relazzjoni.

Dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu, il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa approva b’mod unanimu l-protokoll dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF bil-għan li aktar koppji jsiru ġenituri.Aqra aktar

Għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema ta’ Identity Malta wara kors fl-Università dwar il-Liġi taċ-Ċivil

“Il-ħidma tal-Aġenzija Identity Malta li tagħraf il-potenzjal tal-ħaddiema tagħha u tinvesti fihom, jinkwadra tajjeb ferm mal-istrateġija tal-Gvern sabiex niżviluppaw mexxejja fiċ-ċivil, aktar milli amministraturi.”

Qalet dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli, waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema t’Identity Malta li temmew b’suċċess kors dwar il-prattika u l-aspetti legali tal-Liġi taċ-Ċivil.Aqra aktar

Pass ‘il quddiem fil-liġi tal-Konsumaturi

 

It-tibdil fil-liġi tal-Konsumaturi wassal għal reazzjoni pożittiva mill-Għaqda tal-Konsumaturi.

Fi stqarrija, l-għaqda ddeskriviet it-tibdil bħala pass importanti sabiex l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni jerġa jkollu l-poteri kollha biex jassigura li f’Malta, is-swieq ikunu kompetittivi mill-ġdid għall-ġid tal-konsumaturi, in-negozji u l-ekonomija Maltija.

Intqal li kien pass għaqli li l-Gvern ħa din l-okkażjoni sabiex jirrevedi xi affarijiet fil-liġijiet, sew tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumaturi.Aqra aktar

Send this to a friend