ligi tal-kera – One News

Notifiki

Rappreżentant ta’ 20 għaqda soċjali jgħid li Delia ma jafx x’inhu jgħid dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Meta kien qed jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi dwar il-kirjiet residenzjali f’laqgħa tal-kumitat permanenti għall-kunsiderazzjoni ta’ abbozzi ta’ liġijiet ġiet emendata klawsola f’din il-liġi li se tara l-Awtorità tad-Djar tkun ir-regolatur u tinforza li jsiru l-kuntratti tal-kirjiet. Aqra aktar

Oppożizzjoni inkonsistenti dwar il-liġi tal-kera

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, immarka l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni dwar il-liġi tal-kera. Meta fuq ONE Radio kien mistoqsi dwar ir-riforma f’din il-liġi, il-Prim Ministru tenna li ma jistax jifhem kif wara proċess bħal dak ta’ white paper u konsultazzjoni, l-Oppożizzjoni kienet qisha qiegħda taqbel. F’ daqqa waħda, għaliex kien hemm nuqqas ta’ qbil mal-Kamra tal-Kummerċ u mal-MDA, l-Oppożizzjoni biddlet fehmitha. Aqra aktar

Ara l-miżuri dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Dalgħodu tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-White Paper dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera. Waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, qal li l-għan tal-White Paper hu li s-suq tal-kera jkun wieħed iktar stabbli. Din il-White Paper tiffoka fuq kirjiet residenzjali u mhux short lets jew kirijiet kummerċjali.

Aqra aktar

Send this to a friend