lifecycle | One News

Notifiki

Iċ-Ċiklisti ta’ LifeCycle fi triqithom għall-isfida Dubai –Oman  

Grupp ta’ 20 ċiklist u seba’ membri ta’ appoġġ mill-Foster Clark LifeCycle Challenge 2018 ħallew Malta fuq titjira tal-Emirates għal Dubaj. Żewġ ċiklisti oħra se jingħaqdu magħhom mill-Kenja filwaqt li se jkollhom ukoll erba’ sewwieqa mir-reġjun tal-Golf biex jakkumpanjaw lill-grupp tul rotta ta’ 2,000 kilometru. Din is-sena se tkun minn Abu Dhabi għal Salalah fl-Oman. Aqra aktar

LifeCycle Malta b’donazzjon ta’ €25,000 lill-Università ta’ Malta

Għal darb’oħra l-Fondazzjoni LifeCycle Malta għamlet donazzjoni ta’ €25,000 lill-Research Trust tal-Università ta’ Malta (RIDT) biex tintuża fil-Programm ta’ Riċerka dwar il-Kliwi, (LifeCycle Kidney Research). Il-flus inġabru waqt il-preparazzjoni għall-Foster Clark’s Lifecycle Challenge ‘On the Tribal Trail’ li ser tieħu liċ-ċiklisti mill-Kenja sat-Tanzanija.

Il-Head of Secretariat mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, is-Sur Ryan Borg, kien preżenti għaċ-ċerimonja tad-donazzjoni li saret fl-Uffiċċju tar-Rettur, fl-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida. Fid-diskors tiegħu, is-Sur Borg, saħaq li dan hu eżempju ċar ta’ solidarjetà li tiġi mill-isport, filwaqt li rringrazzja lil Lifecycle għax-xogħol siewi li jagħmlu u qal li jinsab ħerqan li jaħdmu id f’id flimkien mas-Segretarjat.

Aqra aktar

2,000km minn Nairobi fil-Kenja għal Dar El Salaam fit-Tanzanija

Elfejn kilometru minn Nairobi fil-Kenja għal Dar El Salaam fit-Tanzanija. Dan il-vjaġġ li l-parteċipanti ta’ LifeCycle se jkunu qed jaqdfu bir-rota bejn l-14 u t-28 ta’ Lulju 2017.

L-għan ta’ din id-19-il edizzjoni ta’ LifeCycle hu biex tagħmel mod li test magħruf bħala HLA jibda jsir biex jiżgura liema pazjent ikun bl-ogħla ċans li jirnexxi fuqu it-trapjant tal-kilwa disponibbli.

Aqra aktar

Ritorn mill-isbaħ

Bit-titjira EK109 minn Dubai, waslu ċ-ċiklisti li kienu protagonisti fit-18–il edizzjoni tal-LifeCycle Challenge. L-isfida din id-darba ħadithom iż-Żambia, b’ħamsa minn għaxar ċiklisti jlestu din l-isfida b’suċċess.

Mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqgħuhom il-familjari li kienu qed jistennewhom ħerqana wara ġimgħatejn jistennewhom fuq ix-xwiek.

Aqra aktar

Send this to a friend