liċenzja – One News

Notifiki

Jirrevokawlek il-liċenzja jekk jaqbduk issuq b’vista batuta

Sewwieqa li ma jkunux jistgħu jaqraw pjanċi ta’ karozzi oħra minn 20 metru bogħod meta jkunu mwaqqfa mill-Pulizija se jibda’ jkollhom il-liċenzja tagħhom rivokata b’mod immedjat.

Dan skont liġi ġdida fl-Ingilterra biex sewwieqa jkunu taħt skrutinju mhux biss għal effetti ta’ xorb jew droga, iżda anke ta’ nuqqas ta’ vista. Dan se jibda’ bħala proġett polita f’ Hampshire, Thames Valley, u il-West Midlands.Aqra aktar

Ħati li saq b’mod perikoluż

Joseph Bugeja ta’ 50 sena mill-Imġarr instab ħati li saq b’mod perikoluż u li ta fastidju lil Martin Chetcuti.

Il-każ seħħ lura fl-2014 meta l-akkużat ried iwaqqa’ ħajt li wassal lil Chetcuti jirrapporta kollox lill-Pulizija. L-akkużat saq trakk u kien propju hawn li allegatament Chetcuti ntlaqat bil-mera, li kkawżatlu ġrieħi ħfief.

Wara li semgħet ix-xhieda kollha, il-Qorti kkonkludiet li l-intenzjonijiet ta’ Bugeja ma kinux li joqtlu lil Chetcuti u l-kawża tal-inċident innifsu kien żball fil-ġudizzju. Fl-istess waqt innutat li t-tensjoni bejn iż-żewġ naħat kienet ilha għaddejja.

Aqra aktar

MINN GĦADA: Trasferiment tas-sid tal-karozza b’sistema onlajn

 

Transport Malta b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni f’Malta, introduċiet sistema  online biex it-trasferiment minn sid għall-ieħor ta’ karozza jsir b’mod aktar effiċjenti u konvenjenti.  Minn għada 11 t’April 2017, l-aġenti u brokers tal-assigurazzjoni li huma awtorizzati, jistgħu jiproċessaw online trasferiment ta’ sid tal-karozza mingħajr il-bżonn li wieħed imur l-uffiċċji ta’ Transport Malta biex jingħata dan is-servizz.

Aqra aktar

Titneħħa l-liċenzja tal-kummerċ

Disgħin fil-mija tan-negozji Maltin, minn din is-sena, se jiffrankaw li jagħmlu l-liċenzja tal-kummerċ. Liċenzja li l-gvern ħass li jista’ jneħħi biex jiffranka miżata oħra li jġorru kumpaniji żgħar u persuni self- employed, filwaqt li jnaqqas il-burokrazija.

Aqra aktar

Send this to a friend