libreriji – One News

42 Kunsill Lokali jingħataw għajnuna finanzjarja biex jipprovdu libreriji aħjar lill-komunitajiet tagħhom

Ftit jiem biss wara li l-kunsilli lokali ngħataw l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom, dawn  ġew ippreżentati wkoll bis-somma ta’ ftit aktar minn €18,000 għall-iskema finanzjarja favur il-komunità, “Libreriji Lokali/Reġjonali”. L-għan ta’ din l-iskema huwa li l-libreriji lokali u reġjonali jkunu komdi u attrezzati kif suppost u jipprovdu servizz ta’ kwalità għolja biex iħajru aktar ċittadini jużaw il-libreriji.

Dawk il-kumitati reġjonali u kunsilli lokali li għandhom librerija pubblika kienu eliġibbli li japplikaw għal fondi permezz ta’ din l-iskema. Din l-iskema tiffinanzja 50% tal-ispiża sa massimu ta’ €600 (inkluża l-VAT) u tkopri diversi xogħlijiet jew xiri ta’ apparat jew servizzi.Aqra aktar

e-Books mill-kumdità ta’ darek 

Kulma jmur is-servizzi governattivi onlajn qed jibqgħu jissaħħu. Dan bil-għan li l-pubbliku jkun jista’ jinqeda kemm jista’ jkun malajr b’inqas skariġġ u inkonvenjent. Mhumiex biss servizzi governattivi essenzjali li jinsabu onlajn imma wkoll sempliċiment biex tissieħeb mal-libreriji maltin bil-għan li tkun tista’ tissellef il-kotba tradizzjonali kif ukoll dawk elettroniċi.

Aqra aktar

Jisselfu 3.8 miljun ktieb mil-libreriji pubbliċi f’ħames snin

Tul dawn l-aħħar ħames snin in-nies isselfu 3,873,121 ktieb mil-libreriji pubbliċi.

Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, waqt li kien qed iwieġeb misqtosija Parlamentari tad-Deputat Laburista Robert Abela. Bartolo qal kif f’kull sena, l-akbar għadd ta’ kotba ħarġu mil-librerija pubblika tal-Furjana – 816,098 jew 163 elf minn ras għal ras. Is-sena l-oħra sselfu 844,598.Aqra aktar

Send this to a friend