Libja | One News - Part 5

Notifiki

Isir l-ewwel Mediterranean Business Networking Forum

Sar l-ewwel Mediterranean Business Networking Forum, fejn il-Ministru Chris Cardona qal li l-Mediterran bħalissa għaddej minn perjodu diffiċli ħafna. Iċ-ċirkostanzi mhumiex faċli, bi gwerer, terroriżmu, irvellijiet, problemi ekonomiċi, migrazzjoni u vacuums fejn jidħol min jikmanda. Infatti l-Italja għadha kemm għaddiet minn referendum storiku u nistgħu biss nistennew u naraw dak li se jiġri.

F’dan id-dawl, mexxejja u negozjanti madwar il-Mediterran iridu jieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi. Teħtieġ viżjoni komuni u rieda għal ħidma konġunta.

Aqra aktar

Ir-rwol ta’ Malta fl-operazzjoni tat-tneħħija ta’ kimiċi industrijali mil-Libja

B’referenza għall-rapporti fil-mezzi tax-xandir, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin irrimarka li, fl-operazzjoni tat-tneħħija ta’ kimiċi industrijali mil-Libja, r-rwol ta’ Malta kien parti mill-obligazzjoni bħala membri tal-Organizazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi u bħala pajjiż li kellu l-interess li dan it-tip ta’ materjal ma jaqax f’idejn elementi estremisti li setgħu jużawħ għad-detrement ta’ ċittadini fil-pajjiż, jew f’pajjiżi ġirien.

Fi stqarrija l-Ministeru spjega li t-‘tunellati ta’ materjal kimiku’ li ssemmew fir-rapporti fl-ebda ħin ma għadda minn Malta. Fil-ġimgħat qabel dan il-materjal ġie trasportat mil-Libja għal pajjiżi Ewropej fejn kellu jiġi distrutt bi proċess kimiku, ried jiġi aċċertat in-natura u l-kwalita’ tal-materjal li kien instab fil-Libja.

Malta, flimkien ma’ pajjiżi Ewropej oħra, aċċettat li tirċievi f’pajjiżna kampjuni li kienu jikkonsistu f’mhux aktar minn 50 kampjun ta’ 10ml kull wieħed tas-sustanzi varji li nstabu u li min hawn jittieħdu bl-ajru għal destinazzjoni oħra biex isiru l-eżamijiet kimiċi fuqhom.

Is-‘samples’ kienu kollha ppakkjati individwalment f’sensiela ta’ pakketti li assiguraw li fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma jkun hemm periklu li l-materjal tal-kampjuni, minkejja li żgħar ħafna, ma jiġi b’xi mod f’kuntatt mal-ambjent.

Aqra aktar

Waħda mill-ikbar operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Libja

Mas-6,500 immigrant kienu salvati fil-Libja, f’waħda mill-akbar operazzjonijiet ta’ salvataġġ li saru s’issa. Madwar 40 missjoni ta’ salvataġġ ikkoordinati seħħew ‘l barra mill-belt Libjana Sabratha.

L-Operazzjonijiet tat-Tnejn involvew bastimenti Taljani, dawk tal-aġenzija tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea Frontex, l-Open Arms u l-Medecins Sans Frontieres.

Aqra aktar

Approvat qbil ġdid

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea waslu għal-qbil dwar il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

Dan iwitti t-triq għal aġenzija aktar b’saħħitha li mistennija tibda topera matul dan is-Sajf.

Aqra aktar

F’Palm City jinħassu l-effetti tas-sitwazzjoni fil-Libja

Fil-villaġġ lussuż Palm City fi Tripli, li huwa tal-grupp Corinthia, għandhom qed jinħassu l-effetti tal-instabbilità fil-Libja.

It-Times illum tirrapporta li d-dħul minn dan il-villaġġ fid-distrett Janzour naqas b’62% is-sena li għaddiet. Ħafna ħaddiema barranin telqu mill-pajjiż meta l-ġlied intensifika s-sena li għaddiet. Fl-2014 żewġ fazzjonijiet rivali ħadu kontroll tal-pajjiż, meta mlizzja minnhom ma’ rrikonoxxietx ir-riżultati tal-elezzjonijiet parlamentari u stabbiliet ruħha fi Tripli.

Aqra aktar

Malta tissemma f’rapport minn aġenzija Russa tal-aħbarijiet

Aġenzija tal-aħbarijiet Russa tirrapporta li l-Greċja għalqet l-ispazju tal-ajru tagħha għal titjiriet mill-Libja sa’ Settembru, minħabba operazzjoni tan-NATO.
Rt.com, network televiżiva Russa ffinanzjata mill-istat, tgħid li ħarġet notice to airmen (NOTAM) mill-awtoritajiet Griegi nhar l-Erbgħa li jiprojbixxi titjiriet lejhom mil-bieraħ. Tgħid ukoll li passi simili ttieħdu minn Malta u l-Italja, s’Awwissu li ġej.

Aqra aktar

Malta lesta tgħin biex il-Libja tħares lilha nfisha

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella laqa’ talba uffiċjali mill-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj, biex l-Unjoni Ewropea tappoġja taħriġ għall-forzi tal-baħar u gwardji tal-kosta Libjani.

 

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex taħli ħin biex tipprovdi din it-tip t’għajnuna lill-Gvern Libjan, kompla jgħid il-Minsitru Vella. Stqarr li Malta tinsab lesta tagħmel il-parti tagħha sabiex tikkontribwixxi għal dan it-tip ta’ taħriġ. L-għan hu li l-awtoritajiet Libjani jkunu mħajra jħarsu l-konfini martittimi. Dan għandu jgħin fil-ġlieda kontra traffikar ta’ persuni u l-immigrazzjoni rregolari.

Aqra aktar

George Vella f’laqgħa importanti dwar il-Libja

Fi Vienna saret laqgħa ministerjali dwar il-Libja fuq stedina tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerika John Kerry u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Italja, Paolo Gentiloni.

Din hija l-ewwel laqgħa ministerjali tax-xorta tagħha min mindu l-Prim Ministru Libjan Fayez Serraj daħal fi Tripli biex min hemm iwaqqaf il-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali. Il-ministri li pparteċipaw fil-laqgħa addottaw Stqarrija Konġunta li fiha hemm inmiżżla l-passi li jmiss li għandhom iwasslu għall-istabilita’ fil-Libja.

Aqra aktar

Ara l-filmati tal-PM fil-Libja

Segwi l-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret wara diskussjonijiet fil-Libja dalgħodu.

Il-Prim Ministru Malti huwa l-ewwel mexxej politiku li ltaqa’ mal-mexxej ġdid Libjan.

Aqra aktar

Minn laqgħa simbolika għal waħda konkreta

F’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem laqgħa ta’ diksussjoni,  il-Prim Ministru Libjan Fayez Mustafa al-Sarraj stqarr li minn żjara li ħasbu li ser tkun simbolika, ħarġu riżultati u fatti konkreti.

Dan jindika, qal il-Prim Ministru Libjan, impenn biex jitwettqu l-affarijiet.

Qal li dik ta’ bejnu u l-kontinġent Malti kienet laqgħa tajba u nqasmu diversi ideat. Intlaħaq qbil fuq numru ta’ ftehimiet u se jinħatru kummissjonijiet tekniċi biex jaħdmu fuqhom.

Aqra aktar

Send this to a friend