Libja | One News - Part 2

Notifiki

Filmat: Il-Maltin li jinsabu fil-Libja huma kollha sikuri u ma jinsabu f’ebda periklu

Il-Maltin li jinsabu fil-Libja huma kollha sikuri u ma jinsabu f’ebda periklu.

Ikkonferma dan l- Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, fid-dawl tal-kunflitti li eskalaw fi Tripoli l-Libja, f’din l-aħħar ġimgħa:

“Aħna bħala Gvern inkwetati li b’dak li qiegħed jiġri fil-libja. Anki għal Libjani stess. Minħabba l-proċess tal-elezzjonijiet fil-Libja li kellhom iwasslu għal stabilità”.Aqra aktar

Il-Prim Ministru fi Franza għal konferenza dwar il-Libja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi triqtu lejn Pariġi biex jipparteċipa f’laqgħa inter-Libjana ospitata mill-President Franċiż, Emmanuel Macron. Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-ministru għall-affarijiet barranin, Carmelo Abela.

Din il-laqgħa ta’ livell għoli ser jattendu għaliha rappreżentanti minn Franza, l-Ġermanja, l-Italja u l-Olanda kif ukoll il-Marokk, Saudi Arabia, Qatar u t-Turkija fost oħrajn.Aqra aktar

Jitressaq il-Qorti s-Sirjan li akkuża lil Neville Gafa

Is-Sirjan li pponta subajh lejn uffiċjal fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa illum issejjaħ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Khaled Ben Nasan ta’ 45 sena li jgħix is-Swieqi wieġeb mhux ħati ta’ frodi u estorsjoni wara li allega li Neville Gafa daħħal il-flus fil-but meta ingħataw visas mediċi lil nies Libjani. Fil-Qorti, Gafa qal li Ben Nasan kien jheddu. Aqra aktar

Send this to a friend