Libja | One News

Notifiki

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu – Alfred Sant

Alfred Sant qal illum li l-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu f’intervent li għamel dwar is-sitazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej għandhom id-dmir li juru kif l-akbar interess tagħhom fil-Libja hu l-ġid tal-poplu Libjan. Mhux iż-żejt. Mhux min se jikkontrolla d-daħla lejn ir-riżorsi minerali tal-Afrika Ċentrali.

Aqra aktar

It-393 immigrant li ġew salvati lbieraħ jintbagħtu lura l-Libja

It-393 immigrant li lbieraħ ġew salvati mill-Gwardja tal-Kosta Libjana ntbagħtu lura l-Libja t-Tnejn. Il-midja Taljana rrapportat li 143 minn dawn l-immigranti rritorna Tripli, 144 marru lura Misurata, u 106 intbagħtu al-Khoms.

Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio qal li l-Italja sejħet għall-Gwardja tal-Kosta Libjana biex dawn l-immigranti jkunu salvati minn fuq il-baħar.

Fuq Twitter, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li grazzi għall-kollaborazzjoni, kuntrabandisti, traffikanti, u l-mafja għandhom jifmhu li n-negozju tagħhom intemm, u li l-portijiet Taljani għadhom magħluqa.

Malta u Franza huma tal-istess ħsieb dwar il-problemi tal-immigrazzjoni fil-Libja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela kellu laqgħa bilaterali mal-ministru Franċiż għall-affarijiet Barranin, Jean-Yves Le Drian ftit mumenti qabel tibda l-laqgħa tal-5+5 f’pajjiżna.

Fil-laqgħa tagħhom ġie kkonfermat li Malta u Franza jinsabu fuq l-istess paġna quddiem l-problemi tal-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja. Il-Ministru Franċiż saħaq li ż-żewġ pajjiżi jafdaw ħafna f’xulxin. Dan hekk kif huwa stqarr li Franza dejjem għenet lil Malta fi problemi tal-immigrazzjoni. Huwa qal li Franza dejjem emmnet fl-importanza ta’ rispons malajr għal urġenzi umanitarji, madankollu issa hemm bżonn jinsabu soluzzjonijiet fit-tul.

Quddiem l-iżvolta fi Brexit, il-Ministru Franċiż saħaq li issa l-pajjiżi ewropej għandhom jippreparaw ruħhom għat-tibdil li ġġib magħha Brexit mingħajr ftehim.

F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru Carmelo Abela saħaq li l-laqgħa tal-‘5+5’ li se tlaqqa’ għaxar Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżi miż-żewġ naħat tal-Mediterran, hija kruċjali sabiex isiru d-diskussjonijiet neċessarji dwar il-problema tal-immigrazzjoni.

Tlieta mejta wara attakk fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja fi Tripli

Tliet persuni nqatlu u għexieren ta’ persuni ndarbu wara attakk fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Libjan fi Tripli. Qed ikun irrappurtat li nstemgħet splużjoni u xi sparaturi minn ġewwa l-binja. Jidher li dan kollu kien kawża ta’ bomba suwiċida.

Persuna oħra li kienet kompliċi fl-attakk inqatlet fuq il-post. S’issa l-ebda organizzazzjoni ma nstabet responsabbli ta’ dan l-attakk.

L-attakk ta’ Jum il-Milied jingħaqad ma’ katina oħra ta’ attakki minn militanti Iżlamiċi, li kull maj mur ħraxu wara l-qtil tal-eks mexxej Libjan, il-Kurunell Muammar Gaddafi. Il-pajjiż jinsab maqsum bejn żewġ gvernijiet, li kull wieħed minnhom qed igawdi minn appoġġ minn għaqdiet militari lokali.

“Kull deċiżjoni li tittieħed dwar il-futur tal-Libja trid tkun waħda fit-tul”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien impenjat f’konferenza f’Palermo li ddiskutiet is-sitwazzjoni u l-ġejjieni tal-Libja.

Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn li kull deċiżjoni li tittieħed tkun waħda fit-tul fil-kuntest u meħuda mil-Libjani stess.

Sostna li l-komunità internazzjonali trid tkun hemm biex tgħin il-proċess demokratiku jseħħ fil-Libja.Aqra aktar

Malta tisħaq mill-ġdid fuq il-ħtieġa ta’ mpenn favur proċess politiku inklussiv fil-Libja—stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi mal-Istati Federati tal-Mikroneżja

“Malta tibqa’ tappoġġja bis-sħiħ il-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda (NM) sabiex jiġi ffaċilitat is-sejbien ta’ soluzzjoni dejjiema fuq il-bażi tal-Pjan ta’ Azzjoni tan-NM għal-Libja, bil-pedament ġenerali jibqa’ l-impenn sħiħ, kemm mil-Libjani kif ukoll mill-komunità dinjija, favur proċess politiku inklussiv u kontra t-triq militari”, qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern ta’ Kunsens Nazzjonali Libjan Muħammed Taher Siala. Iż-żewġ ministri kellhom taħdidiet fil-marġini tat-73 Assemblea Ġenerali tan-NM (l-UNGA) fi New York nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Settembru 2018.Aqra aktar

L-Ajruport ta’ Tripli taħt attakk

Titjiriet kellhom ikunu ddevjati lejn ajruporti oħra wara li fil-Kapitali tal-Libja, Tripli, ġew sparati missili lejn l-ajruport.
Dan seħħ f’anqas minn ġimgħa wara li n-Nazzjonijiet Magħquda innegozjat waqfien mill-ġlied bejn gruppi armati fi Tripli.Aqra aktar

Send this to a friend