liberta tal-espressjoni | One News

Notifiki

Malta b’titjib sostanzjali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem

 

Wara li din il-ġimgħa għaddejna mit-tielet Eżami Perjodiku Universali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, pajjiżna kompla bil-mewġa ta’ progress li kien irreġistrat sa mill-ewwel ċiklu ta’ dan il-proċess tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2009. Proċess miftuħ u volontarju li jseħħ kull ħames snin, u li permezz tiegħu kull Stat Membru ta’ din l-għola forum internazzjonali jista’ jiskrutinja s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż taħt l-eżami u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet jew il-kritika tiegħu.

Aqra aktar

“Il-libertà tal-espressjoni tieqaf tkun dritt suprem meta tagħmel ħsara lill-persuna”

“Għandha ssir distinzjoni bejn il-libertà tal-kelma u l-hate speech, għaliex filwaqt waħda tinkoraġġixxi d-diskussjoni, l-oħra tkun qegħda biss tinċita l-vjolenza. Il-kliem li jintuża jagħmel differenza kbira.” Dan kien il-messaġġ ewlieni li l-MEP Maltija Miriam Dalli għamlet waqt diskussjoni fuq dan is-suġġett waqt is-Sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew li qed issir bħalissa fi Strasburgu.

Aqra aktar

Send this to a friend