libell | One News

Notifiki

Brian Tonna u Karl Cini jirbħu €3,000 f’danni f’kawża libell kontra TMI- l-istorja bdiet mill-blog ta’ DCG

Id-diretturi tal-kumpanija Nexia BT Brian Tonna u Karl Cini rebħu żewġ libell fil-konfront ta’ The Malta Indepedent dwar artikli li rriżultat li kienu libellużi u malafamanti. L-artikli dehru f’The Malta Independent on Sunday u The Malta Independent Online rispettivament dwar il-każ tal-Panama Papers, u kien ibbażat fuq storja miktuba mill-blogger Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

Alfred Sant jirbaħ libell lil Ninu Zammit

L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Alfred Sant erbaħ €2,000 fil-Qorti lill-eks Ministru Nazzjonalista Ninu Zammit.

Alfred Sant fetaħ kawża ta’ libell kontra l-Perit Zammit wara diskors quddiem iċ-Ċentru Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk fi Frar tal-2008 li mmalafama lil Sant. Aqra aktar

“Il-ħidma tiegħi se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”

 “Wara li ċħadt l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna u tlabt lill-Avukati tiegħi sabiex jinstema’ libell b’urġenza tajt ukoll struzzjonijiet lill-Avukati tiegħi biex ikellmu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tibda inkjesta bil-Maġistrat Inkwerenti. Il-ħidma tiegħi wara llejla se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE lbieraħ filgħaxija.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Keith Schembri u Konrad Mizzi jirreaġixxu għall-aħħar sensiela ta’ gideb

Għal darb’oħra Daphne Caruana Galizia għażlet li tirrikorri għall-gideb. Fi stqarrija ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri qal li qatt ma’ kellu xi forma ta’ relazzjoni kummerċjali ma’ Al Sahra FZCO, Leyla Aliyeva, il-familja Aliyev, kwalunkwe persuna mill-Ażerbajġan jew inkella b’interessi fl-Ażerbajġan. 

Kif intqal diversi drabi, Tillgat Inc qatt ma kellha kont bankarju x’imkien fid-dinja, qatt ma’ għamlet negozjati, irċeviet fondi, jew daħlet f’relazzjoni kummerċjali. Il-kumpanija kienet awditjata bir-reqqa u dan kollu kien ikkonfermat minn awdituri internazzjonali.

Aqra aktar

Daphne b’libell frisk minn Konrad Mizzi

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni flimkien mal-blogger Daphne Caruana Galizia qed ikomplu jigdbu u jitfgħu t-tajn fir-rigward tal-Ministru Konrad Mizzi. Il-Ministru ressaq libell u talab il-Qorti biex jinstema’ b’urġenza wara li Daphne Caruana Galizia gidbet u qalet li ġew mgħoddija xi flus minn jew relatati mal-Ażerbajġan. Apparti li ma kien hemm qatt ebda kont bankarju, l-audit indipendenti li sar minn Crowe Horwath jikkonferma li qatt ma kien hemm tranżazzjonijiet mit-trust u mill-kumpanija.

L-istqarrija qalet li llum il-blogger kompliet tallega dan kollu filwaqt li qalet li l-Ministru Mizzi f’daqqa waħda, ‘b’urġenza’ beda jillikwida l-kumpanija fi ħdan it-trust. Din hija gidba oħra hekk kif il-Ministru Konrad Mizzi diġà stqarr li huwa kien beda l-proċess biex tiġi llikwidata din il-kumpanija fil-bidu ta’ din is-sena.

DCG tgħid li fuq il-Ministru Cardona għaddiet “fair comment”

Meta kienet qed tressaq it-tweġibiet tagħha għal-libell li fetaħ kontriha l-Ministru Chris Cardona, Daphne Caruana Galizia saħqet li hija għaddiet “fair comment”.

Għall-blogger Nazzjonalista, l-allegazzjonijiet serji li s’issa qatt ma ppruvat dwar Chris Cardona, dawn kienu kummenti li kulħadd seta’ jagħmel.

Aqra aktar

Send this to a friend