lesa | One News

Notifiki

648 imħarrka wara li nqabdu jarmu barra

Bejn Jannar ta’ din is-sena u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, l-Aġenzija LESA rrapportat li b’kollox ġew imwidba 800 persuna u li minnhom tħarrku 648 b’rabta ma’ offiżi ambjentali. Dan ikompli juri biċ-ċar li l-uffiċjali tal-komunità, li fl-ewwel ta’ Mejju li għadda ġew trasferiti mal-aġenzija governattiva LESA, qegħdin ikunu aktar viċin il-bżonnijiet tal-komunità u issa l-infurzar lokali ma baqax biss limitat għall-kontravenzjonjiet tat-traffiku iżda qed jimraħ f’oqsma importanti oħra.
Aqra aktar

Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni fil-LESA

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni fil-Local Enforcement System Agency (LESA) wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza assoluta tal-impjegati bħala imsieħba tagħha. Għaldaqstant permezz ta’ hekk il-GWU hija l-Union li tista’ tirrappreżenta u tinnegozja b’mod kollettiv f’isem l-impjegati ta’ din l-entità.

Aqra aktar

Il-Gwardjani Lokali kollha jingħaqdu mal-LESA mill-1 ta’ Mejju

Wara xhur sħaħ ta’ taħdidiet bejn il-General Workers’ Union, il-kumpanija Guard & Warden Ltd, il-LESA u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ntlaħaq ftehim ta’ kif għandha ssir it-transizzjoni. Ġie maqbul li kull Gwardjan Lokali liċenzjat li llum qed jagħti s-servizz tiegħu mal-kumpanija Guard & Warden mill-1 ta’ Mejju li ġej se jiġi trasferit u jingħaqad mal-aġenzija LESA bil-kundizzjonijiet kollha li qed igawdi bħalissa.Aqra aktar

25,000 persuna jgawdu mis-servizzi online fejn tidħol is-sistema tal-punti

B’seħħ mill-1 ta’ Dicembru li għadda, ir-regime tal-punti penali li kien japplika għas-sewwieqa bi prova ġie estiż għall-vetturi kollha. Dan fisser li ċerti kontravenzjonijiet speċifikati fis-sitt skeda jkunu suġġett għal multa kif ukoll punti fuq il-liċenzja tas-sewqan. Il-liċenzja tas-sewqan tista’ tiġi revokata f’perjodu ta’ 12-il xahar jekk jintlaħqu t-tnax-il punt jew aktar.

Fl-aħħar jiem ġiet esposta kritika dwar jekk is-sistema hijiex qed tkun business friendly biżżejjed fejn jidħlu kumpaniji li jikru l-vetturi jew inkella kumpaniji li għandhom għadd kbir ta’ vetturi u xufiera jaħdmu magħhom.

Irid jingħad li f’kull kaz li tiġi kommessa infrazzjoni, għajr fil-każ’ ta’ kontravenzjonijiet bi speed cameras, ix-xufier tal-karozza jitwaqqaf u l-kontravenzjoni toħroġ fuq ix-xufier tal-karozza. Fil-każ ta’ kontravenzjonijiet bi speed cameras, il-kontravenzjoni toħroġ fuq is-sid tal-vettura iżda sid il-vettura ngħata faċilità sħiħa biex jindika min kien ix-xufier tal-karozza f’dak il-mument tas-sewqan. Sistemi bħal dawn jinstabu wkoll f’ġurisdizzjonijiet oħra Ewropej.

Aqra aktar

Il-flus li nġabru minn ċitazzjonijiet jingħataw lura lill-komunità

Il-flus li ġabret l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali minn ċitazzjonijiet qed jingħataw lura lill-komunità.

B’total ta’ miljun ewro, minn dawn il-fondi, €600,000 tqassmu lill-Kunsill Lokali kollha biex jirranġaw t-toroq tal-lokal, €300,000 ingħataw lil reġjuni lokali għal attivitajiet kulturali u €100,000 ngħataw lil Teatru Malta biex tagħmel proġetti kulturali fil-lokalitajiet.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.

Aqra aktar

Ġieli waqaft ġirja tixtri u kif ħriġt sibt ċitazzjoni? – il-Gvern b’inizjattiva favurik

Ġieli ġratlek li waqaft b’ħarba tixtri xi ħaġa, u kif ħriġt mill-ħanut sibt ċitazzjoni  mal-karozza? Issa l-Gvern nieda sistema ta’ biljetti ta’ twissija – karta safra jekk nużaw il-metafora tal-futbol –  dan għax il-Gvern irid li s-sistema ta’ infurzar toffri opportunità lil dak li jkun biex jirregola lilu nnifsu.

“Irridu nżommu d-dixxiplina anke fit-twissija. Għalhekk smajna t-talba tan-nies u issa għandna programm ta’ biljetti ta’ twissija li se jibdew jinħarġu minn għada stess. Dan il-biljett ta’ twissija jista’ jingħata fuq  Silencer difettuż, dawl ma jaħdimx, parkeġġ illegali, fanal imkisser, liċenzja mhux mwaħħla u vettura mhux kundizzjoni tajba għat-triq.”

Aqra aktar

Send this to a friend