Leo Brincat | One News

Notifiki

Importanti li l-qorti Ewropea tal-awdituri tingħata aktar viżibilità – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza, l-Onor. Helena Dalli, fetħet il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li saret illum il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2018 billi saħqet fuq l-importanza li Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tingħata aktar viżibiltà fejn jidħol l-operat tagħha.

Dan b’hekk iwassal sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu aktar konxji ta’ kif u fejn qegħdin jintefqu t-taxxi tagħhom dovuta lill-Unjoni Ewropea.

Il-laqgħa kompliet bi preżentazzjoni mis-sur Leo Brincat li huwa l-membru Malti appuntat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.  Beda billi hu wkoll kompla jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-viżibilta’ tax-xogħol li qiegħed isir min-naħa tagħhom sabiex il-poplu jkun konxju ta’ dan kollu.  Kompla billi tenna li bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri, dawn jaħdmu spalla ma’ spalla kemm mal-kummisjoni u kif ukoll il-Parlament Ewropew sabiex ikomplu jsaħħu u jikkonsolodaw djalogu kontinwu għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Semma wkoll kwistjonijiet u affarijiet kurrenti li bħalissa bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri qegħdin jiddiskutu fosthom l-impatt li se jħalli ‘Brexit’, il-‘Multiannual Financial Framework’ u ‘cyber security’ fost oħrajn.  Tenna ukoll fuq l-importanza u l-frott li qegħda tħalli l-introduzzjoni tal-awditjar fuq bażi ta’ prestazzjoni.

Min-naħa l-oħra, semma ukoll u enfasizza l-importanza tal-bank tal-Iżvilupp Malti u kif dan se jagħti lok sabiex jitjiebu u jkomplu jikkonsolidaw ir-rabtiet preżenti ta’ Malta mal-EFSI.

Għalaq din il-laqgħa billi sostna li l-irwol aħħari tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri huwa dak li jservi ta’ element essenzjali fejn tidħol il-katina tar-responsabilta fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.

Wara l-preżentazzjoni tas-Sur Leo Brincat, is-Sħab Soċjali kellhom l-opportunita’ li jiddiskutu u jikkjarifikaw ċertu punti li ssemmew.

San Pawl f’Malta

Il-festa tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta.  Ġrajja kbira li poġġiet isem artna fl-aqwa storja.  Min jixtri l-Bibbja,  u hawn b’kull ilsien u bil-miljuni,  illum ikun jixtri t-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid li fih ukoll l-Atti Tal-Appostli.

Fil-Kapitlu 28,  insibu l-aqwa riklam għal min irid iżur pajjiżna.  U nittama li nibqgħu bl-istess timbru fuqna,  li bħala poplu aħna nies ta’ qalb tajba u nilqgħu lill-barrani fil-bżonn.

Din il-ġrajja ġġib wiċċ-imb-wiċċ ma’ aspett ieħor tal-ġrajja ta’ artna.  Konna kolonja tar-Rumani,  li kien jużawna   U bis-saħħa ta’ San Pawl kellna l-ewwel isqof Malti,  San Publiju,  li spiċċa matri.  It-tnejn kellhom missjoni waħda, jwasslu l-messaġġ ta’ Kristu bħala l-aħbar it-tajba…..għax dik tfisser il-kelma Evanġelu.

U ma nistgħux ma ngħidux li kellna bosta li mxew fuq l-istess passi ta’ San Pawl u San Publiju u xandru l-Evanġelu,  l-aħbar it-tajba.  Mhux biss fi gżirtna imma mal-erbat irjieħ tad-dinja.  Il-missjunjarji Maltin dejjem taw sehem kbir,  meta nqisu ċ-ċokon relattiv ta’ pajjiżna.  Nistqarr li ħadt gost għall-ħabta tal-Milied li mort fi  Triq Merkanti biex nixtri presepju li ridt nagħti rigal, u kien mill-Uffiċċju Missjunarju bil-voluntiera.

Meta nara dawn,  ngħid li San Pawl ma ġiex ta’ xejn.

Imma daqstant ieħor niddejjaq meta jew semmiegħa fuq  ir-radju jew qarrejja tal-kitbiet fuq facebook,  jiġuni kummenti kemm jiddejqu n-nies li l-medja suppost tal-Knisja f’Malta,  (ngħidu mnissla minn San Pawl) tinsa dak kollu li hemm  fl-Evanġelu u jinfexxu jxandru l-aħbar…..imma tal-partit nazzjonalista.

Ma naħsibx li San Pawl kien ikun kuntent!  Xi wħud fil-Partit Nazzjonalista jistennewh bħala “patrimonju” tagħhom,  u l-kotra tiddisprezza.
Ejja ma ninħbewx wara d-dritt tal-espressjoni.  Meta l-qassis Baget Bozzi ħareġ mas-soċjalisti għall-elezzjonijiet fl-Italja,  iddardart.  Meta mbagħad inxteħet ma’  Berlusconi aktar.  Kulħadd għandu dritt tal-libertà tal-espressjoni,  imma kulħadd irid iġib rispett l-istatus li jkun għażel fil-ħajja.

Ħadd qatt ma lmenta miegħi fuq xi priedka li tibqa’ fuq il-binarju tal-Evanġelu,  imma hemm min jitmasħan meta jisma’ qassis jagħmel propaganda politika.  U n-nies jafu li meta kien hemm partit nazzjonalista fil-gvern kien idawwar sold sewwa.

San Pawl għadu attwali sal-lum,  u mad-dinja kollha.  Imma qassisin politikanti f’Malta u f’pajjiżi oħra jafu (jew messhom jafu)  li qed jagħżqu fl-ilma,  u għadda żmienhom.  Ma jinfluwenzaw lil ħadd.   Hudu mill-aħħar elezzjoni…..

Il-Qorti tikkundanna n-Nazzjon…bnew storja fuq qlajja ta’ DCG

Illum inqata’ libell li fetaħ Leo Brincat kontra l-ġurnal in-Nazzjon.
Dawn tal-aħħar kwotaw storja miktuba mill-blogger Daphne Caruana Galizia u qalu li Brincat nefaq miljun ewro fi vjaġġar fi ftit xhur.
Il-Partit Nazzjonalista ma ġabx provi biex jissostanzja din l-allegazzjoni. Għaldaqstant Brincat rebaħ il-libell u ngħata kumpens ta’ €3,000.

L-ewwel żjara tat-tip tagħha għal Leo Brincat

Illum, il-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fejn ġie milqugħ mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara u d-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri.

Brincat appella biex jinstab mezz effettiv sabiex ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea jaslu għand l-entitajiet u d-dipartimenti tal-gvern ta’ kull stat membru, u dan indipendentament minn jekk jagħmlux referenza speċifika għall-pajjiżi individwali, biex b’hekk ikun qed jiżdied dejjem aktar il-valur miżjud tar-rapporti nfushom.

Aqra aktar

Ippreżentat ir-Rapport Annwali tal‑Qorti għall-2015 lill‑Parlament

“Biex taħdem u tagħti l-frott mixtieq, kull riforma trid tkun ibbażata fuq it-trasparenza u l‑kontabilità flimkien ma’ sisien finanzjarji sodi. Iċ‑ċittadini lanqas biss jistgħu jibdew jafdaw lill‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni Ewropea (UE) jekk ma jkunux konvinti li qegħdin nieħdu ħsieb flushom b’mod xieraq u li qed inżommu kont tajjeb ta’ kif qed nagħmlu dan.”

Aqra aktar

Clifton Grima minflok Leo Brincat

L-avukat u eks sindku tal-Msida Clifton Grima se jkun dak li jieħu post Leo Brincat, wara elezzjoni każwali li saret illum biex jimtela’ l-post ta’ Membru Parlamentari fid-disa’ distrett elettorali. L-għadd tal-voti beda fid-disgħa ta’ dalgħodu u ntemm ftit tal-ħin ilu. 

Dawk li nominati minbarra Grima kienu Simon Saliba, Manuel Micallef u Nikita Zammit Alamango. 

Aqra aktar

Send this to a friend