Leicester – One News

Notifiki

Il-President tingħata dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester

Nhar il-Ġimgħa, f’Leicester l-Ingilterra, il-President ta’ Mata Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester.

Fl-okkażjoni tal-għoti ta’ dan l-unur, il-President kellha dedika speċjali lit-tfal kollha ta’ Malta u tar-Renju Unit. Hija qalet li dawn it-tfal mingħajr aċess għall-edukazzjoni qed jiġu mċaħħda minn dritt uman fundamentali, u anke minn dritt fundamentali li t-tfal għandhom u li jissemma fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda – liema konvenzjoni din is-sena tagħlaq 30 sena minn mindu ġiet iffirmata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja.

Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, il-President rringrazzjat lill-Università ta’ Leicester għal dan l-unur, u faħħret lill-istess istituzzjoni għas-sens ta’ inklużjoni li tħaddan u l-promozzjoni tal-valuri fosthom tad-dinjità umana. Il-President kienet akkumpanjata mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit Joseph Cole.

BIL-FILMAT: Jiġġarraf il-helikopter tas-sid tal-klabb Leicester City

Madwar siegħa wara t-tmiem tal-partita bejn Leicester City u West Ham United iġġarraf il-helikopter ta’ sid l-istess Leicester, Vichai Srivaddhanaprabha. Il-media Ingliża qed tirraporta li l-helicopter iġarraf ftit tal-metri l-bogħod mill-grawnd ta’ Leicester propju fil-parkeġġ tal-impjegati li hemm biswit il-King Power Stadium.

Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru kbir ta’ ħaddiema tal-emerġenza li evakwaw il-grawnd u għalqu ż-żona viċin l-inċident filwaqt li pumpiera bdew jippruvaw jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lill-helikopter.Aqra aktar

Minn Leicester imma ‘married to a local Ħamrun girl’

Raymond Allen ferħan se jtir. Mhux minħabba l-Ħamrun girl li kaġun tagħha ilu pajjiżna iktar minn 30 sena, iżda għax Leicester rebħu l-Premier League.

Supporter ta’ Leicester jgħid… “Tal-għaġeb x’jista’ jagħmel il-futbol” Kienu ħafna dawk li ferħu bis-suċċess ta’ Leicester City fil-kampjonat Ingliż, anki jekk ħadd minnhom ma appoġġja lil dan it-tim rivelazzjoni matul dan l-istaġun. Madankollu ONE News sab lil Raymond Allen, supporter ferventi ta’ Leicester li twieled f’din il-belt Ingliża u li ilu għal iżjed minn tletin sena jgħix f’pajjiżna. Araw x’qalilna dwar is-suċċess mhux mistenni mit-tim favorit tiegħu.

 

Ħolma konfermata: Leicester champions biż-żelqa ta’ Spurs

Iż-żelqa tat-Tottenham meta tilfu vantaġġ ta’ żewġ gowls fl-ewwel taqsima biex spiċċaw miżmuma fi draw maċ-Chelsea tat il-Premier League lil Leicester, żewġ logħbiet qabel tmiem il-kampjonat.

Gowl fit-82 minuta tal-logħba għal Chelsea tat lil Leicester il-kampjonat filwaqt li qatlet kull tama għall-Ispurs li jerbħu l-kampjonat.

Aqra aktar

Ranieri l-aħħar li jkun jaf!

Jekk Leicester City ikunu inkurunati champions tal-Premier Legue Ingliż illejla b’rebħa ta’ Chelsea fuq Tottenham, il-kowċ tagħhom Claudio Ranieri se jkun l-aħħar wieħed li jkun jaf. Skont il-BBC, dan għaliex huwa jkun fuq l-ajruplan ġej lura mill-Italja fejn illum se jippranza ma’ ommu Renata ta’ 96 sena.

Aqra aktar

Send this to a friend