legali | One News

Notifiki

L-“esperti legali” tat-Times imgiddba mill-avukati

Jumejn wara li t-Times of Malta ħarġet rapport qarrieq dwar l-inkjesta Egrant u Jonathan Ferris, sorsi fil-Qorti ġibdulna l-attenzjoni dwar rapport ieħor li jinjora fatti importanti. Din id-darba, fil-mira tal-ġurnalist Jacob Borg hemm l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u s-sehem tagħha f’numru ta’ kawżi fi stadju ta’ appell.Aqra aktar

PARIR LEGALI BIEX ITAWWAL

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu parir legali biex itawwal kemm jista’ b’rabta ma’ kawżi ta’ libell li nfetħulu fuq allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u diskorsi u dikjarazzjoni li għamel b’rabta mal-Panama Papers.

Aqra aktar

Mediċina magħmula mill-kannabis legali fil-Ġermanja ukoll

Wara r-Renju Unit, il-Ġermanja ukoll għaddejja bi proċess biex tiġi legalizzata l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali hekk kif l-abbozz ta’ liġi għadda mill-Parlament Germaniż. Dan l-abbozz ġie approvat mill-kabinett f’Mejju tal-2016. 

Il-ħamis, il-voti fil-kamra kienu unaniment favur mediċina magħmula mill-kannabis – liġi li se tidħol fis-seħħ f’Marzu 2017.

Aqra aktar

Se jkollok avukat BI DRITT waqt l-arrest

Persuna arrestata se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.

Persuna suspettata għandha tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat għandu jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.

Dan tħabbar illum wara li kien ippubblikat abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ id-dritt ta’aċċess għal avukat privat fl-iktar mumenti fejn persuna tkun vulnerabbli.

L-abbozz ta’ liġi  tressaq mill-Ministru Owen Bonnici bil-għan li tiġi implimentata direttiva Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’proċeduri kriminali u f’dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

Aqra aktar

Send this to a friend