leave – One News

Notifiki

Il-Ħaddiema se jkollhom ġurnata oħra leave mis-sena d-dieħla

Il-ħaddiema se jibbenefikaw minn ġurnata oħra mal-leave tagħhom. Dan wara li tul din is-sena, il-Gvern beda jimplementa wegħda elettorali elwenija tiegħu li jagħti lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħ

Il-Gvern qed se jkun qed jagħmel dan bħala mezz biex jippremja lill-ħaddiema Maltin għall-bżulija tagħhom u biex jinħoloq bilanċ bejn il-ħin tax-xogħol u l-ħin liberu tal-ħaddiema.

“Flessibiltà fil-leave għal dawk li jsiru ġenituri tissarraf f’aktar għajnuna lill-familji”

“Hemm bżonn nibdew diskussjoni dwar il-possibiltà li jidħol il-kunċett ta’ family leavewara t-twelid ta’ tarbija, li jista’ jintuża mill-ġenituri skont il-ħtiġijiet tal-familja.” Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan meta kienet qed tindirizza attività fir-Rialto Bormla.

“F’dinja dejjem tinbidel, il-ħtiġijiet tal-familja qed jinbidlu wkoll u jeżistu ċirkostanzi fejn l-omm jew ikolha bżonn jew tkun trid tidħol taħdem qabel ma jgħaddi l-maternity leavekollhu. Min-naħa l-oħra, bis-sistema preżenti, il-missier għandu biss ftit ġranet ta’ leavewara t-twelid ta’ tarbija qabel ma jkollu jirritorna għax-xogħol”, żiedet tgħid Dr Dalli.Aqra aktar

Il-Kummissjoni għall-ugwaljanza NCPE se ssir entità awtonoma

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli ħabbret fil-Parlament li l-kummissjoni għall-ugwaljanza, l-NCPE, se tiġi kostitwita biex issir entità awtonoma.

Meta wieġbet mistoqsija tal-Whip tal-Gvern Byron Camilleri, il-Ministru qalet li din hija skont dak li nbeda fil-legislatura l-oħra u din tinvolvi ħafna djalogu mas-sħab soċjali.

Hija qalet li se jitressqu żewġ liġijiet. Waħda li se twaqqaf din il-kummissjoni awtonoma li se tkun taqa’ taħt l-iSpeaker tal-Kamra u l-Kummissarju jkun maħtur biż-żewġ terzi tal-Kamra.

Din il-Kummissjoni se tkun imfassla fuq il-liġi ta’ Pariġi li wieħed mill-punti ewlenin tagħha, hija l-awtonomija.

Aqra aktar

Il-PL imexxi bl-eżempju dwar il-leave għall-festi pubbliċi

Minn din is-sena l-Partit Laburista se jkun qed jagħti lill-ħaddiema tiegħu ġurnata leave għal kull festa pubblika li tinzerta fi tmiem il-ġimgħa.

Id-deċiżjoni ttieħdet għax il-Partit Laburista jrid jibgħat messaġġ b’saħħtu favur din il-miżura li l-gvern beda jintroduċi b’mod gradwali minn din is-sena. Dan wara li kienet imwiegħda fil-manifest elettorali l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, fisser kif hemm messaġġ ċar x’jintbagħat b’dan il-pass.

Aqra aktar

Splużjoni ta’ sigħat ta’ leave

Jgħidu li wieħed mill-isbaħ rigali li bniedem jista’ jagħti lil bniedem ieħor huwa ħinu. U huwa proprju dan ir-rigal li l-uffiċjali pubbliċi qed jagħtu kull sena u li qed ikabbruh drastikament fil-volum minn sena għal oħra.

Is-Servizz Pubbliku jagħti l-opportunità lill-uffiċjali pubbliċi li jagħtu volontarjament parti mil-leave tagħhom lill-kollegi li jkollhom bżonn leave fit-tul minħabba mard. Dan jistgħu jagħmluh billi jagħmlu għotja ta’ sigħat ġo fond apposta jew inkella billi jagħżlu li jagħtu numru ta’ sigħat lil xi individwu speċifiku.

Aqra aktar

Leave sportiv għas-settur privat

SportMalta ħabbret li se tintroduċi skemi ġodda, filwaqt li tkompli ssaħħaħ l-iskemi li diġà huma eżistenti. Informazzjoni dwar dawn l-iskemi ngħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Global College Malta, SmartCity.

Aqra aktar

TGERGIRX! Bl-ikbar numru ta’ ġranet ‘off’

Jirriżulta li l-ħaddiem Malti m’għandux xi jgerger għal dawk li huma ġranet mingħajr xogħol.

Fil-fatt pajjiżna huwa dak fid-dinja fejn il-ħaddiema għandhom l-iktar jiem bla xogħol u li għalihom jitħallas. Dan bejn il-leave li huma intitolati għalih bil-liġi u l-festi pubbliċi. Dan jirriżulta minn analiżi tal-Organizazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp, l-OECD. Aqra aktar

Send this to a friend