lead – One News

Notifiki

LIVE: Titnieda sejħa oħra għall-programm LEAD

Il-Partit Laburista ħabbar sejħa ġdida għall-programm LEAD. Programm maħsub biex iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, li issa se jkun qed jidħol fit-tielet sena tiegħu.

Waqt xandira fuq facebook page tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, immarka s-suċċess ta’ dan il-programm u ħeġġeġ iktar persuni jingħaqdu fi ħdanu.Aqra aktar

Aktar nisa jingħaqdu fil-programm LEAD

30 mara minn żgħażagħ sa adulti se jitħarġu fit-tieni edizzjoni tal-programm LEAD tal-Partit Laburista.

Porgramm li ser jibda x-xahar id-dieħel, u li ser jagħti l-opportunita’ lill-parteċipanti biex jinvolvu ruħhom fil-ħajja politika – Mira ewlenija tal-Partit Laburista biex filwaqt li l-istess Partit ikompli jiġġedded, iħajjar aktar nisa biex jirrapreżentaw lil pajjiżna fl-ogħla istituzzjonijiet fosthom fil-Kunsilli Lokali, fil-Parlament, u fl-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Għandu jiddaħħal indiċi li jikkalkula kemm titħallas kera skond id-dħul tal-persuna- l-MEP Miriam Dalli

Persuni li għandhom dħul baxx u paga medja għandhom iħallsu mhux aktar minn persentaġġ stabbilit tad-dħul tagħhom f’kera. Dan jista’ jsir permezz ta’ indiċi li jqabbel il-kirjiet mad-dħul tal-familji. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli proponiet dan waqt li indirizzat attività fl-Orpheum fil-Gżira.

Aqra aktar

Il-Prim Minsitru sorpriż bis-suċċess ta’ LEAD

Wara s-suċċess li kiseb il-programm LEAD għal darb oħra l-Partit Laburista nieda sejħa oħra sabiex aktar nisa jitħajru jidħlu f’dan il-programm li jqarribhom u jgħallimhom fuq il-Politika Maltija.

Dan kollu bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni femminili fil-Parlament Malti.

B’reazzjoni għal dan il-Ħadd filgħodu fuq ONE RADIO il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li kien sorpiż għall-aħħar bis-suċċess li kiseb dan il-proġett mmexxi f’idejn il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.Aqra aktar

FILMAT: Tkompli l-esperjenza ta’ Lead

Jinsab fl-aqwa tiegħu l-programm LEAD tal-Partit Laburista.

F’dan il-filmat tista’ ssegwi l-aħħar żviluppi u tiltaqa’ ma’ wħud mill-parteċipanti li jitkellmu dwar l-esperjenza pożittiva li għaddejin minnha.Aqra aktar

Parteċipanti ta’ LEAD b’esperjenzi pożittivi

Fl-aħħar jiem il-parteċipanti ta’ LEAD qasmu l-esperjenzi pożittivi tagħhom bħala nisa li qed jieħdu sehem f’dan il-programm.

Fost oħrajn għamlu dan meta rreaġixxew għall-gideb fil-konfront tal-programm billi fil-midja soċjali kitbu dwar dak li qed jieħdu minn LEAD. Programm li hu l-ewwel tat-tip tiegħu f’pajjiżna.

Kienet il-gazzetta Il-Mument li l-Ħadd li għadda fetħet attakk fuq dan il-programm u l-parteċipanti ma qagħdux lura milli juru s-sabiħ ta’ dak li qed jieħdu sehem fih. Aqra aktar

IL-PN b’attakk fuq il-programm LEAD

 

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-midja tiegħu fetaħ attakk fuq il-parteċipanti nisa li qegħdin jieħdu sehem fil-programm LEAD.

Il-programm tnieda f’nofs is-sena li għaddiet mill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala parti minn pjan ta’ għaxar snin għall-ugwaljanza biex nofs il-kandidati tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tal-2027 jkunu nisa.

Fit-tnedija tal-programm, Dr Muscat fisser din il-mira bħala waħda ambizzjuża izda qal li dan hu moviment li ma jixba’ qatt mill-bidla u mdorri jwettaq l-impossibbili.

L-attakk li fetaħ il-Partit Nazzjonalista fuq dan il-programm jsegwi dak tal-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia li hekk kif ħa tmun tal-partit, iddeskriva dan il-programm bħala wieħed ta’ konvenjenza politika.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-attakk fuq dan il-programm qed jerġa’ juri l-ħsieb ta’ tmexxija li għaliha mhix prijorità li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u fil-postijiet fejn jittieħdu l-iktar deċiżjonijiet importanti.

Qal li dan l-attakk jikxef kif jaħsiba l-Kap Nazzjonalista u l-partit li jmexxi meta għalihom programm indirizzat biex iħejji għexieren ta’ nisa għad-dinja politika huwa programm li jitkellem fuq il-ħwejjeġ tad-ditta u l-make up.

Xhieda tal-gideb ta’ Adrian Delia huma l-istess parteċipaneti ta’ LEAD li b’reazzjoni għal kampanja qarrieqa tiegħu tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom u fissru kif LEAD qed joffri opportunità biex jesponu t-talenti tagħhom fosthom bi spazju fil-media u jagħtihom iċ-ċans li jaqsmu l-esperjenzi ma’ professjonisti u nies ta’ esperjenza kbira.

Qal li dan kollu qed isir f’ambjent ta’ appoġġ għall-familja fosthom permezz ta’ faċilitajiet ta’ child care waqt is-sessjonijiet.

Il-Partit Laburista nnota meta Adrian Delia juri li ma jifhimx dan kollu, ma joħodhiex bi kbira meta jinnota li mindu ħa tmexxija, in-nisa f’karigi importanti fil-Partit Nazzjonalista naqsu u  mhux żdiedu.

Il-Partit Laburista qal li se jkompli bil-ħidma biex dan id-defiċit fir-rappreżentanza femminili jkun indirizzat u kampanji bħal din ta’ Delia juru għax għal darb’oħra jrid ikun il-Partit Laburista l-protagonist li jġib il-bidla.

 

 

Send this to a friend