laqgħa | One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela jilqa’ lid-DPM Kroata għal laqgħa bilaterali

Fil-laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropew tal-Kroazja, Marija Pejcinovic Buric li saret dalgħodu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta,  ġiet diskussa, bħala punt ewlieni, l-importanza li tisaħħaħ u t-tiġedded il-kooperazzjoni multilaterali biex b’hekk jingħelbu l-akbar sfidi li qed taffaċja d-dinja b’mod partikolari fl-Ewropa. Huwa sostna li l-organizazzjonijiet bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill għall-Ewropa jibqgħu relevanti biss jekk jaddattaw għat-tibdil u jitrattaw lill-membri tagħhom b’mod ekwu.Aqra aktar

Mill-grupp tal-PN: Said urtat b’Mifsud Bonnici

Fost l-argumenti li qamu f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret ilbieraħ reġa’ kien hemm ieħor ma’ Chris Said. Id-Deputat Għawdxi li fl-aħħar ġimgħat kien iebes fi kliemu kontra l-Kap Adrian Delia jidher li kien imwarrab meta l-PN ġie biex jieħu l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emendi fuq il-ħatra tal-Avukat Ġenerali. Saħansitra, Chris Said qal li jħossu mweġġa’ bil-fatt li kien injorat u l-anqas ikkonsultat dwar x’pożizzjoni għandu jieħu l-Partit Nazzjonalista fuq il-bidliet li qed jipproponi l-Gvern.

Fil-fatt, f’isem il-PN fil-Parlament, tkellem fit-tul Carm Mifsud Bonnici, eks Ministru tal-Ġustizzja li llum huwa l-kelliem ewlieni għall-Affarijiet Barranin. Mifusd Bonnici huwa qrib ħafna ta’ Adrian Delia u kien il-bniedem li ġie kkonsultat meta Delia keċċa għal ftit żmien lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari.

Fil-fatt fil-Parlament kien l-istess Mifsud Bonnici li tkellem fit-tul u ħabbar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota kontra minkejja li Chris Said huwa r-rappreżentant tal-PN fuq kumitat għall-bidliet tal-kostituzzjoni.
Dan kien biss battibekk wieħed minn laqgħat li tant kienet taħraq li kellha tiġi aġġoranta għal lum. Bl-aħbar ewlenija tkun li din kienet laqgħa inkonklussiva li li ma waslet għal imkien.

Il-Ministru Joe Mizzi jsejjaħ laqgħa mal-GRTU dwar il-kwistjoni tal-pompi

Minn ftit tas-sigħat ilu, il-pompi tal-fjuwil jinsabu magħluqa għall-konsumatur wara li daħlet fis-seħħ azzjoni industrijali tal-GRTU. Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Joe Mizzi għal darb’oħra sejjaħ laqgħa mal-GRTU biex tkun diskussa l-kwistjoni tal-pompi tal-fjuwil.

Il-Ministru tenna li l-Gvern lest ikompli d-diskussjonijiet, bit-tama li jintlaħaq ftehim li ma jkunx ta’ detriment fuq il-konsumatur jew in-negozji. Il-laqgħa mistennija ssir is-Sibt li ġej, minkejja li l-GRTU m’aċċettatx iż-żieda li offra l-Gvern.

Kien fl-2011 li l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi kienet tat żieda fil-qligħ mill-fjuwil lill-pompi speċifikament bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandu jsir sal-elfejn u għoxrin iżda għalkemm is-sidien kollha tal-pompi tal-fjuwil kellhom l-obbligu li jagħmlu dan, il-maġġoranza tagħhom m’għamlux dan l-investiment.

Minn dan iż-żmien s’issa żdiedu wkoll l-ammont ta’ karozzi fil-pajjiż, u għaldaqstant żdied ukoll il-konsum tal-fjuwil. Iż-żidiet wasslu wkoll għal qligħ akbar lis-sidien tal-pompli tal-fjuwil.

Il-PM Muscat f’laqgħat maċ-Chief Minister ta’ Gujarat dwar kooperazzjoni bejn Malta u l-Indja

Fost l-impenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat fl-Indja, kien hemm ukoll laqgħa maċ-Chief Minister tal-Istat ta’ Gujarat, Vijay Rupani.

Hawnhekk, il-Prim Ministru Muscat u l-Ministru Rupani tkellmu dwar possibilitajiet ta’ kooperazzjoni bejn Malta u dan l-Istat fl-Indja fosthom fis-setturi tal-farmaċewtika, l-avjazzoni u l-qasam marittimu.Aqra aktar

L-MZPN jissospendu l-laqgħa għax Delia ma kellux appoġġ

It-Tnejn filgħaxija, l-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista kellu jissospendi l-laqgħa minħabba li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kellux appoġġ fost iż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu lil ONE News li t-Tnejn filgħaxija tlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-MZPN, fejn kellhom jiddiskutu l-ġejjieni politiku ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Il-PM Joseph Muscat fi Vjenna għal laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-pajjiżi Afrikani

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jattendi Laqgħa tal-Livell Għoli bejn mexxejja tal-Unjoni Ewropea u mexxejja ta’ pajjiżi Afrikani, fi Vjenna. Il-laqgħa ssejħet mill-Kanċillier Awstrijak, Sebestian Kurz, li fl-istess ħin qed imexxi l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kanċillier Kurz qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tiffoka biss fuq l-immigrazzjoni bħala sifda fil-pajjiżi Afrikani, iżda għandu jiġi pprovdut spazju biex tkun żgurata l-prosperità u l-kompetittività fiż-żewġ kontinenti.Aqra aktar

Tmur żmerċ laqgħa “fil-magħluq” li Busuttil għamel man-negozjanti

Laqgħa organizzata biex Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonlista jipprovaw jiġbru ġieħhom man-negozji rriżultat fi flopp sħiħ hekk kif stiednu mal-175 negozjant u spiċċaw b’inqas min-nofs ta’ kemm ħasbu li se jattendu.

Il-laqgħa “ma’ nies prominenti minn diversi oqsma” maħsuba biex il-partit, “wara, jimbuttaw l-interessi u x-xewqat tan-nies” saret f ’lukanda f ’Tas-Sliema nhar il-Ġimgħa li għadda, 17 ta’ Marzu, fit-8pm. F’ittra ta’ stedina ffirmata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u li ksibna kopja tagħha, jingħad hekk: “Nixtieq ħafna li narak u li nisma’ x’taħseb.

Aqra aktar

Send this to a friend