Kurt Cassar | One News

Notifiki

Kurt Cassar għall-kampjonat taljan A2 tal-Basketball

Il-plejer żagħżugħ Malti Kurt Cassar se jkun qed ikompli bil-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif ingħaqad mal-klabb tal-kampjonat tas-Serie A2 Bakery Piacenza.

Cassar, li għad għandu 19-il sena, ilu għal dawn l-aħħar snin jilgħab fl-Italja l-ewwel fil-kampjonat tas-Serie C u f’dawn l-aħħar żewġ staġuni fil-kampjonat ats-Serie B. Issa se jkun qed jilgħab għall-ewwel darba fil-kampjonat A2.Aqra aktar

Skopert minn fuq YouTube – se tibda avventura fi New York għal Kurt Cassar

F’Marzu li għadda,  il-kap tal-istazzjon 102.7 f’Manhattan, New York, għamel kuntatt ma’ kantant Malti, wara li ltaqa’ mal-kanzunetta tiegħu fuq YouTube. Dan huwa wieħed mill-aktar stazzjonijiet prinċipali fi New York.
Il-kantant Malti huwa Kurt Cassar, u ġie mitlub minn Murray Hill Studios biex jitla’ New York sabiex jibda jipproduċi kanzunetti oriġinali bil-possibiltà li jindaqqu fuq l-istazzjonijiet prinċipali Amerikani u jagħti wirjiet f’postijiet kummerċjali f’ Manhattan, New York.
L-avventura ta’ Kurt tibda f’ Awwissu li ġej. Għal dan esprima entużjażmu kbir – li hu żgur hu li se nisimgħu dwar il-kisbiet tiegħu bogħod minn xtutna. Kurt jingħata taħriġ fil-vuċi minn Gillian Attard.

KURT CASSAR: il-leħen Malti li ntgħoġob sew mis-suq Ingliż…

It-talent Malti qed jispikka f’diversi oqsma, partikolarment dak mużikali. Kanzunetta bit-titlu ‘Rising Up’ se  tkun l-ewwel single imqassma fis-swieq  mużikali tar-Renju Unit għal Kurt Cassar.

Hija kanzunetta prodotta ġewwa record label u artist development studio Ingliż bl-isem ta’ ‘Downtown Artists’ f’Oxford, Londra. L-istess label rat artisti internazzjonali jibdew il-karriera tagħhom minn ġewwa fiha.

Aqra aktar

Malti jgħaddi mill-ewwel fażi ta’ X Factor fl-Italja

Il-kantant Kurt Cassar għadda mill-ewwel prova tal-X Factor tal-Italja. Huwa ntgħażel bħala wieħed minn grupp żgħir ta’ kantanti, filwaqt li eluf intbagħtu d-dar.
Kurt issa qed jistenna fuq ix-xwiek għaliex fit-30 ta’ Ġunju se jkun jaf jekk hux se jkanta quddiem ismijiet kbar bħal Skinny u Mika, fil-fażi li tissejjaħ ‘Arena’. Dawn huma biss tnejn mill-membri tal-ġurija li minn taħt idejhom se jgħaddu l-kantanti. Il-fażi li hija diffiċli – għaliha Kurt kellu jistenna jum sħaħ biex ittieħdulu ritratti u sarulu intervisti. Permezz ta’ Facebook, Kurt irringrazzja lill-gwida tiegħu Claudia Magrin, u iddeskriva l-esperjenza.
“This is all I have been working on and finally all the hard work is paying off! It was a tough one.”

kurtxfactor

Send this to a friend