Kurt Calleja – One News

Notifiki

L-istorja wara l-vidjow mużikali ‘Sweet Chili’ li Kurt Calleja nieda ġimagħtejn ilu

L-aktar ħaġa li għal qalb il-kantawtur Kurt Calleja hija l-użu tal-metafori.

Il-metafora fil-kanzunetta This Is The Night: l-użu tal-karriera mużikali tiegħu fil-forma ta’ tfajla li jixtieq joħroġ magħha: “This Is The Night, This Is The Night, I will be a star, let me into heart!”
“As from this moment on, you and I can reach the stars!”
“Hey, I believe, you and me, we are meant to be!”


Matul dawn is-snin nieda kanzunetti bhal: Boomerang li titkellem dwar kif kultant minkejja li relazzjoni tidher li mhux qed taħdem. L-individwi xorta jibqgħu jiltaqgħu, tant li jitilfu l-kontroll: 
we keep on coming back, back, back, back, back – like a boomerang-rang-rang-rang-rang-rang”.


Fil-kanzunetta Vertigo, l-użu tal-metafori qiegħed biex jesprimi l-biża’ mill-għoli. Huwa jqabbel il-biża’ li jitlef il-maħbuba tiegħu hi bħal biża’ li tkun qed taqa’ mill-għoli: Cos if I lose you now, it’s gonna be so far to fall”.

U Naturalment  l-aħħar kanzunetta li għamlet anke 3 ġimgħat fil-quċċata tal-klassifika Maltija – Sweet ChiliFejn fil-lirika jispikkaw kliem bħal:

Sugar on my lips and it burns in the morning!”
“Hello, hello – then you walk away!”
“Hello, hello – now you want to play!”
“Candy covered heatwave”
“Sugar coated fever”
“Feels so good, now we got a problem!” 
Aqra aktar

Send this to a friend