kunsill lokali – One News

Il-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis iniedu servizz ta’ trasport ‘on demand’ b’xejn imtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Pietà

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru l-lokalità tal-Pietà fejn flimkien mar-rappreżentanti tal-kunsill lokali tal-istess lokalità nedew servizz ta’ trasport on demand b’xejn għar-residenti u l-ħaddiema ta’ din il-lokalità.

Aqra aktar

It-toroq f’San Pawl il-Baħar riflessjoni tat-tħarbit fi ħdan il-PN

“Imfarrkin ġbin, għadni ġej minn hawn isfel issa ġej minn naħa t’hawnekk it-toroq kull ħofra daqshiex il-karozza kont se nkissirha, jiġifieri dan kont qed inħallas il-liċenzja u insurance jien uwx.”  “Hopeless uwx, ħafna bankini mkissrin.” “Żibel hi, hawnekk għandna l-kunsill hawn taparsi u ħadd ma jagħmel xejn. Mhux ħofor, barrieri għandna hawnekk. Barrieri u żibel u imbarazz” “Imħaffrin kollha, ilma ħiereġ minnhom.”

Kif jixhdu r-residenti ta’ San Pawl l-Baħar u l-madwar, it-toroq f’din iż-żona tant popolari mal-Maltin u t-turisti jinsabu f’qagħda mwiergħa.

Aqra aktar

Ikompli d-diżgwid fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar

Diżgwid bejn is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Pawl il-Baħar Anne Fenech u l-Kunsilliera Nazzjonalista Antoinette Bezzina wasal sabiex il-laqgħa tal-Kunsill tieqaf ħesrem u tiġi sospiza.

It-tnejn fil-17:30, saret l-ewwel l-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal din is-sena l-ġdida, li mill-ewwel bdiet fuq nota ħazina. Ftit minuti wara li bdiet il-laqgħa, il-Kunsilliera nazzjonalista Antoinette Bezzina qajmet Point of Order fuq kantun li hemm fit-triq tagħha u għadu ma tranġax.

Bezzina bdiet tisaqsi lis-Sindku u tisaqsiha meta se jitneħħa dan il-kantun. Bil-kunsilliera Nazzjonalista qabdet u telqet ‘il barra mil-laqgħa tal-Kunsilli. Dan wassal biex l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tieqaf ħesrem minħabba li ma kienx hemm kworum.Aqra aktar

Milied Malti – In-Naxxar fl-aqwa tiegħu fil-weekend li ġej

Fil-weekend li ġej 22 u 23 ta’ Diċembru 2018 in-Naxxar se jkun qed jinbidel f’atmosfera ferrieħija għal dawn iż-żmien ta’ festi. Dan hekk kif il-Kunsill Lokali tan-Naxxar għal sena ser jorganizza l-attività tal-Milied li bdiet fl-2009 iżda bid-differenza li din is-sena se ssir fi Triq Santa Lucija; waħda mill-isbaħ toroq antiki Naxxarin.

Aqra aktar

Se jibda x-xogħol fuq il-proġett tad-dog park f’Ħaż-Żabbar

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ħabbar li ħareġ il-permess għal dog park, li għalih, kienet tressqet applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill fuq Facebook, intqal kif dan se jsir f’parti miż-żona magħrufa bħala Tal-Foss. Il-proġett se jinkludi diversi żoni fejn il-klieb ikunu jistgħu jilagħbu jew jiġu mħarrġa mas-sidien tagħhom.Aqra aktar

Wirja Fotografika: 100 Ikona- Il-Fidi f’Triqat iż-Żejtun

It-Taqsima tal-Kultura u t-Turiżmu fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għar-reba’ sena konsekuttiva se ttella’ wirja dwar il-wirt Żejtuni. Din il-wirja fotografika 100 IKONA b’fotografija ta’ Angelo Caruana u Glen Chircop se tkun qed tiġi mtella’ bejn illum il-Ġimgħa 28 u l-Ħadd 30 ta’ Settembru, 2018 fiċ-Ċentru Arti u Artiġjanat, Triq San Girgor, iż-Żejtun. Il-ftuħ uffiċjali se jsir illum il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.00 p.m. Il-pubbliku hu mistieden jattendi. Il-wirja se tkun miftuħa wkoll waqt l-attività Żejt iż-Żejtun.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali Ħad Dingli jilqa’ r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar iċ-Ċentru Interpretattiv

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli laqa’ l-konklużjonijiet pożittivi tar-rapport investigattiv tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li kkonferma li ma kien hemm l-ebda irregolarità jew ħażen mill-uffiċjali tal-kunsill lokali fl-iżvilupp u l-operat taċ-Ċentru ta’ Interpretazzjoni ta’ Ħad Dingli u proġetti oħra marbuta miegħu.

Aqra aktar

Iż-Żejtun imur lura għall-1942

Dalgħodu l-Pjazza taż-Żejtun marret lura għall-1942 bl-avveniment iż-Żejtun Taħt in-Nar li għal darb’ oħra kien ta’ suċċess. Dan l-avveniment ifakkar it-traġedja li seħħet fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija fil-Pjazza taż-Żejtun fit-2 ta’ Mejju tal-1942.

Aqra aktar