kunċerti – One News

Notifiki

Kunċert mill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fil-Mellieħa

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qed ittella’ l-kunċert annwali tagħha fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru fit-20.00 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa. Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, li se jolqot l-gosti ta’ kulħadd. Aqra aktar

Elton John jikkanċella għadd ta’ kunċerti wara li kien bejn ħajja u mewt

Sir Elton John sofra minn infezzjoni li setgħet toqtlu waqt li kien qed jagħmel it-tour tiegħu, fejn minħabba f’hekk kellu jqatta’ żewġt iljieli l-isptar fis-sezzjoni tal-kura intensiva u kellu jikkanċella għadd ta’ kunċerti fl-Istati Uniti.

Il-kantant famuż mondjali spiċċa ma jiflaħx ħafna lejn l-aħħar tat-tour fl-Amerika ta’ Isfel il-ġimgħa li għaddiet, fejn minħabba f’hekk kellu jirritorna lura lejn ir-Renju Unit biex jirċievi l-kura neċessarja b’mod urġenti.

Aqra aktar

Send this to a friend