kunċert – One News

Notifiki

Ara x’jiġri meta l-mużika ssir ħaġa waħda mal-umanità

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ prova li l-arti u l-mużika jistgħu jingħaqdu mal-umanità ta’ kull wieħed u waħda minnha, nistgħu nsibuha f’wirja mill-isbaħ li s-Saint Paul Chamber Ensemble kellha f’sensiela ta’ kunċerti fil-Polonja.

Fost għadd ta’ kunċerti fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju tal-Indipendenza Pollakka u l-mitt anniversarju tar-Rivoluzzjoni tal-Gran Polonja, f’Novembru, spikka workshop fi skola ma’ tfal b’diżabilità.Aqra aktar

Esperjenza l-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żurrieq

Matul dawn l-aħħar snin, iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa qed ikun iċċelebrat b’mod speċjali mis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

L-attivitajiet għaż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira organizzati mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. A.D. 1864 se jiftħu nhar il-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018 permezz ta’ Kunċert ta’ Mużika Sagra li se jkun organizzat flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa Santa KatarinaV.M. fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Bubaqra, iż-Żurrieq.

Tieħu sehem il-Banda Santa Katarina V.M. taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech u l-kor Cappella Musicale
Caeciliana dirett minn Rev. Mro. Abraham D’Amato S.TH.L.

In-narratriċi se tkun Catherine Portelli filwaqt li l-preżentatriċi se tkun Anna Maria Gatt.

Aqra aktar

Send this to a friend