Kummissjoni Ewropea – Page 7 – One News

Notifiki

Apple trid tħallas €13-IL BILJUN lill-Irlanda

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lill-kumpanija Amerikana Apple tħallas is-somma rekord ta’ €13–il biljun lill-Irlanda. Din id-deċiżjoni li kienet ikkomunikata mill-Kummissarju Ewropew Marghrete Vestager.

L-investigazzjoni inbdiet fl-2014 u rat kif Apple kienet qed tirrapporta l-qligħ tagħha bejn żewġ kumpaniji mwaqqfa fl-Irlanda, Apple Sales International u Apple Sales Europe.

Il-kumpanija, deskritta bħala ġgant, ħadmet b’dan il-mod biex tiffranka t-taxxa, bil-flus ikunu trasferiti għal uffiċċju ċentrali li la kellu pajjiż, la ħaddiema u lanqas post. Kien biss ftit mill-qligħ li kien iddikjarat l-Irlanda u b’hekk fuqu tħallset it-taxxa.

 

Il-KE tapprova skemi ta’ appoġġ għall- enerġija rinnovabbli f’Malta

Il-Kummissjoni Ewropea sabet li pjanijiet tal-Gvern Malti biex jappoġġa l- ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma konformi mar-regoli tal-UE dwar l- għajnuna mill-Istat.

L-iskemi se jżidu l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, skont l-objettivi tal-UE dwar l-enerġija, mingħajr ma jfixklu l-kompetizzjoni. Minbarra Malta, kellha skemi simili l-Lussemburgu.

Kien f’Diċembru 2015, li Malta nnotifikat pjanijiet biex tappoġġa l-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi solari u ta’ installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ fuq l-art. L-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlas ta’ primjum fuq il-prezz tas-suq. Skont il-pjanijiet, l-iżviluppaturi tal-enerġija mir-riħ fuq l-art jistgħu wkoll jagħmlu offerti għal appoġġ jekk sit eliġibbli jirċievi l-kunsens għall-iżvilupp tul il-ħajja tal-iskema.

Aqra aktar

Bank ta’ Żvilupp sal-aħħar tas-sena

Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jintemmu d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Malti dwar it-twaqqif ta’ Bank ta’ Żvilupp.

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qal li l-Gvern huwa fiduċjuż li l-Bank jingħata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE). Fil-fatt, dan kien jeħtieġ proċess intensiv ta’ negozjati bejn il-Gvern u l-Kummissjoni, fuq l-iskop li għalih se jitwaqqaf il-bank u l-provedimenti dettaljati tal-leġiżlazzjoni.Aqra aktar

Malta se jerġa’ jkollha l-Presidenza f’idejha fl-2030

Malta se jerġa’ jkollha Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2030. F’dik is-sena, il-Presidenza se tkun maqsuma bejn l-Islovakkja, li se jkollhom il-Presidenza bejn Jannar u Ġunju, u Malta, li se jkollha l-Presidenza bejn Lulju u Diċembru.

Il-Kunsill Ewropew illum irreveda l-ordni ta’ kif se tkun il-Presidenza sal-2030. Is-sena d-dieħla Malta se jkollha l-Presidenza sa’ Ġunju, biex imbagħad inħallu f’idejn l-Estonja sa’ Diċembru. Din hija l-ordni ta’ kif se tkun il-Presidenza.

Aqra aktar

Fl-Ewropa jitkellmu dwar kif il-gvern temm diskriminazzjoni

Fil-kumitat tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew kien innotat kif il-gvern Malti bidel ir-regoli fil-konfront ta’ ċittadini Ewropej li qed jgħixu f’propjeta mikrija f’Malta.

Dan b’rabta mal-mod kif jinħarġu l-kontijiet tal-enerġija.

Din kienet kwistjoni li għal snin twal poġġiet lill-Malta fiċ-ċentru ta’ kontroversja mal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-mod kif tranġaw l-affarijiet bil-bidla fil-gvern, fil-Parlament Ewropew tkellem ir-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea. ID-DIKJARAZZJONIJIET FIL-FILMAT Aqra aktar

Il-viċi-president tal-KE jsemmi l-kontijiet irħas f’Malta

Il-familji Maltin iħallsu l-irħas tariffi tal-enerġija meta mqabbla mad-dħul tagħhom. Innota dan il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Maros Sefcovic f’laqgħa informali tal-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea.

Dan b’kuntrast ma’ dak li seħħ fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fejn mill-2008 il-kontijiet żdiedu b’40%. F’isem Malta kien qed jattendi din il-laqgħa l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Konrad Mizzi, li qal li t-tnaqqis fit-tariffi tal-enerġija jkollu impatt fuq il-ħajja tan-nies u l-prezzijiet orħos huma marbuta wkoll mat-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna.

Aqra aktar

Allura issa x’se jiġri?

X’se jiġri fil-jiem li ġejjin, issa li l-poplu tar-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea?

Mistenni jiltaqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji 

Għada l-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji biex jiddiskutu u jniedu proċeduri li jagħmlu parti minn Artiklu ħamsin tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Dan wara li din il-ġimgħa, l-poplu tar-Renju Unit ivvota f’referendum u ddeċieda li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

L-obeżità minn ta’ quddiem fil-Presidenza

F’laqgħa bejn il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Vytenis Andriukaitis u l-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne, qed tiġi diskussa fost l-oħrajn l-obeżità, b’mod partikolari fost it-tfal.

Il-Ministru Chris Fearne tkellem dwar il-prioritajiet ta’ Malta fil-qasam tas-saħħa għall-ewwel sitt xhur tal-2017 proprju meta Malta se jkollha f’idejha l-Presidenza Ewropea.

Il-Ministru jittama li l-Presidenza sservi ta’ sisien biex din il-problema tkompli tkun indirizzata.Aqra aktar

Din il-ġimgħa ħassejt uġigħ?

F’survey tal-Kummissjoni Ewropea instab li f’Malta, wieħed minn kull ħamsa ħassew xi uġigħ fil-ġimgħa.

100 miljun ċittadin Ewropew isofru minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Dan jikkawża madwar 50% tal-assenza minn fuq il-post tax-xogħol għal tlett ijiem jew aktar.

Jikkawża wkoll 60% ta’ inkapaċitajiet permanenti. Huwa stmat li l-ispejjeż diretti u indiretti tal-mard fl-għadam u l-muskoli jlaħħaq il-€240 biljun fis-sena jew 2% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea kollha.

Dan kollu osservaħ fi stqarrija l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant.

Aqra aktar

Malta b’fost l-inqas talbiet mill-K.E.

Il-pass tajjeb li qabad pajjiżna kien ikkonfermat mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea li huwa maħsub biex jirrakkomanda x’passi għandhom jieħdu l-pajjiżi diversi.

B’żewġ country specific recommendations, pajjiżna għandu anqas mill-medja tar-rakkomandazzjonijiet li għandhom il-pajjiżi l-oħra. Hija biss l-Isvezja, li b’rakkomandazzjoni waħda, għandha anqas country specific recommendations minn Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend