Kummissjoni Ewropea – Page 3 – One News

Notifiki

L-aqwa fl-Ewropa anke online

Malta żammet l-ewwel post fost il-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-egovernment, jiġifieri dawk is-servizzi governattivi online li l-gvern joffri liċ-ċittadini u lin-negozji.

Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea fil-pubblikazzjoni eGovernment Benchmark għal din is-sena.Aqra aktar

Il-K.E. tapprova l-baġit ta’ Malta għas-sena d-dieħla

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-baġit ta’ Malta għas-sena d-dieħla. Dan wara li sabet lis-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista, konformi mal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà taż-żona Ewro.

Bħalma jiġri kull sena, il-Kummissjoni Ewropea analizzat jekk il-baġits tal-pajjiżi membri humhiex konformi mar-regoli tal-Patt, li fost l-oħrajn jobbligaw lill-Gvernijiet iżommu l-livell tad-dejn taħt is-60% tal-prodott domestiku gross, u d-defiċit fil-finanzi pubbliċi taħt it-3% tal-ġid maħluq mill-ekonomija.Aqra aktar

ARA: Il-KE tieħu lil-Lussemburgu l-Qorti Ewropea dwar il-ħasil tal-flus

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet lil-Lussemburgu l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea wara li naqset milli timplimenta b’mod sħiħ id-direttiva tal-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Il-Gvern Malti daħħal fis-seħħ din id-direttiva f’Dicembru tas-sena li għaddiet. Din hija r-raba’ fis-sensiela ta’ direttivi Ewropej maħsuba biex jikkumbatta dawn ir-reati.

Aqra aktar

Il-K.E. tagħraf li Malta qed tieħu passi dwar il-ħasil tal-flus

L-Aġenzija Maltija Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU, laqgħet dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li rrikonoxxiet il-miżuri li adottat Malta biex tindirizza sfidi li ġew elenkati mill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar id-direttiva Ewropea li ma tħallix istituzzjonijiet finanzjarji jintużaw għall-ħasil ta’ flus u ffinanzjar ta’ terroriżmu.Aqra aktar

Alfred Sant jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga r-regoli tal-bagalji tar-Ryanair

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea jekk għandhiex pjanijiet biex isegwi mill-qrib l-investigazzjonijiet tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru Ryanair. Sant staqsa wkoll lil Kummissjoni għandhiex pjanijiet li twettaq investigazzjonijiet simili fuq trasportaturi li għandhom strutturi ta’ prezzijijiet simili.

Fil-21 ta’ Settembru, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni fetħet investigazzjoni fuq ir-regoli tal-linja tal-ajru Ryanair li jżommu l-flus lil passiġġieri li jġorru l-hand luggage. Il-konsumaturi jistgħu biss iġorru b’xejn handbag jew bagalja tal-laptop, filwaqt li l-konsumaturi iħallsu għal hand language ta’ 10kg.

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana qalet li dawn l-oġġetti huma elementi essenzjali għat-trasport u għalhekk Ryanair u linji oħra tal-ajru, għandhom jinkludu l-prezz sħiħ tal-ispejjez tal-konsumatur.

L-istess Awtorità qed takkuża lir-Ryanair bi prattiċi kummerjċli inġusti għax din il-prattika titfa’ ċ-ċpar fuq il-prezz finali tal-biljett, u ma tħalliex lok għal paragun korrett mal-prezzijiet tal-linji tal-ajru l-oħra.

Malta fuq quddiem fl-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea

Bejn l-2013 u l-2017, Malta kienet fost l-aqwa pajjiżi fl-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Fil-fatt Malta tinsab fir-raba’ post f’din il-klassifika, wara l-Fillandja, ir-Renju Unit, u l-Islovenja.

Dan fi studju ippubblikat fuq is-sit Bruegel, think-tank Ewropew li jispeċjalizza fl-ekonomija. Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea ġġib fix-xejn qlajjiet dwar visas

Il-Kummissjoni Ewropea ġabet fix-xejn allegazzjonijiet li ilhom għaddejin snin fuq ogħti ta’ visas minn pajjiżna. Dan wara xhur ta’ stħarriġ minn naħa tagħha.

L-għajdut li Malta tat madwar 88,000 Schengen visa lil ċittadini Libjani, wasslet biex f’Lulju li għadda, MEP bl-isem ta’ Mario Borghezio jagħmel mistoqsija lil Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos.  L-allegazzjoni kienet li dawn il-visas inbiegħu, u mhux darba u tnejn li ssemmew nies qrib il-Gvern fl-allegazzjonijiet li saru. Kull allegazzjoni rriżultat infondata u din id-darba hemm konferma oħra.Aqra aktar

Send this to a friend