Kummissjoni Ewropea – One News

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida tibda tieħu s-sura

Ftit aktar minn xahrejn u nofs minn meta l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida mmexxija minn Ursula von der Leyen tibda l-mandat tagħha għall-ħames snin li ġejjin, il-biċċa l-kbira tal-istati membri nnominaw il-membri għal din l-istituzzjoni tant importanti għat-tmexxija tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

“Malta b’surplus spettakolari u progress ekonomiku sinjifikanti”- Direttur Ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea

Bi tkabbir ekonomiku li qabeż is-6%, il-Kummissjoni Ewropea qed tħares b’mod pożittiv lejn Malta, u hija sodisfatta bl-attività ekonomika ta’ pajjiżna. Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li Malta għandha tkabbir ekonomiku għoli meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra Ewropej, u tqabbel l-ekonomija ta’ Malta mal-ekonomija taċ-Ċina, li hija waħda mill-akbar ekonomiji fid-dinja.

Iddikjara dan id-Direttur tad-Direttorat tal-Ekonomija u Affarijiet Finanzjarji fil-Kummissjoni Ewropea, Benjamin Angel. Huwa kien pajjiżna biex jagħti preżentazzjoni dwar ir-rapport ta’ din is-sena dwar Malta. Id-Direttur tal-Kummissjoni Ewropea qal li l-Kummissjoni hija sodisfatta b’pajjizna, għax fi zmien qasir taħt din l-amministrazzjoni, pajjizna mhux biss naqqas l-iżbilanċ iżda rreġistra surplus spettakolari. Aqra aktar

Malta r-raba’ l-aktar pajjiż mill-UE li implimenta rakkomndazzjonijiet tal-KE

Rapport tal-Unjoni Ewropea juri kif pajjiżna huwa r-raba’ l-aktar pajjiż li implimenta rakkomandazzjonijiet tal-Kummisjoni Ewropea fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Fil-fatt, mill-2011 ‘l hawn Malta implimentat 82% tar-rakkomandazzjonijiet li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-konfront ta’ pajjżna.

L-istess rapport spjega bl-aktar mod kategoriku li l-Gvern ħadem fuq 97% tar-rakomandazzjonijiet b’21% kienu implimentati b’mod sħiħ bil-kumplament sar xogħol sostanzjali fuhqom. Aqra aktar

Il-Gvern jilqa’ rakkomandazzjonjiet mill-KE dwar l-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment

IL-Gvern laqa’ sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet ewlenin li għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’rapport dwar l-iskemi ta’ ċittadnanza u ta’ residenza b’investiment fl-Unjoni Ewropea offruti minn għoxrn stat ewropew.

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet li d-deċiżjoni biex jiġu nnaturalizzati ċ-ċittadini hija d-dritt sovran ta’ kull Stat Membru. Mir-rapport joħroġ ukoll li Malta tispikka bħala dik li għandha programm b’saħħtu.

Il-Gvern innota bi pjaċir li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-benefiċċji ekonomiċi tal-industrija, settur li stqarr li ġġenera bosta opportunitajiet ta’ impjieg madwar l-Unjoni Ewropea u d-dinja kollha. Il-Gvern sejjaħ bħala pass fid-direzzjoni t-tajba biex ikun hemm standards ogħla u aktar regolamentazzjoni fl-industrija madwar l-Unjoni Ewropea. Qal li Malta kienet fuq quddiem nett biex tippromwovi b’mod kontinwu kollaborazzjoni akbar bejn il-pajjiżi hekk kif rakkomandat.

Mill-banda l-oħra l-Gvern qal li ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tar-rapport li ċ-ċittadinanza b’investiment tingħata b’kundizzjonijiet inqas stretti. Wera t-tħassib ukoll dwar il-preżenza fiżika u qal li Malta hi waħda mill-ftit ġurisdizzjonijiet fejn il-preżenza fiżika hi obbligatorja. Sostna li Malta tadotta wieħed mill-aktar proċessi stretti ta’ verifika tant li huwa meqjus bħala l-aqwa wieħed fl-industrija. Qal li Malta taqbel u tappoġġja t-talba tar-rapport għal proċess uniformi bejn il-pajjiżi kollha, u li lesta żżomm moħħha miftuħ biex tkompli ttejjeb dawn il-proċessi ta’ verifika. Qal li Malta mhux biss ikkoperat fit-tfassil tar-rapport tal-Kummissjoni, iżda daħlet ukoll għal numru ta’ impenji biex tkompli tnaqqas ir-riskji.

Innota li Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi Ewropej li tippubblika l-ismijiet tal-individwi li jiksbu ċ-ċittadinanza u l-kontrolli tal-applikanti huma pubbliċi wkoll. Il-Gvern saħaq li Malta diġà tat widen għall-ħafna mill-kritika indirizzata lejn dan is-settur, u ħadet l-inizjattiva minn jedda biex iddaħħal miżuri maħsuba biex jindirizzaw il-lakuni msemmija fir-rapport. Il-Gvern fakkar li f’dawn l-ewwel erba’ snin, il-Programm ġġenera dħul ta’ aktar minn €700 miljun, li 70% minnhom qed jiġu investiti mill-ġdid fi proġetti infrastrutturali u soċjali għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri.

Malta tilqa’ l-impenn tal-Unjoni li tibqa’ tosserva lil dan is-settur mill-qrib u se tappoġġja kull azzjoni li ssaħħaħ l-integrità tal-industrija.

Intant, b’reazzjoni għal stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li l-Kummissjoni Ewropea ħalliet lill-Partit Nazzjonalsita iżolta. Dan għax minkejja d-diversi suġġerimenti li saru mill-Kummissjoni Ewropea l-istituzzjoni Ewropea mkien m’għamlet bħal Adrian Delia u qalet li programmi simili m’għandhomx jeżistu.

Il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia jrid ireġġa’ l-arloġġ lura billi jimmina programm li qed ikun ta’ benefiċju ekonomiku għall-pajjiżna.

Send this to a friend