kummissarju għat-tfal – One News

Notifiki

Twissija: tisfruttawx lit-tfal fil-kampanji elettorali…jinħolqu standards

Il-Kumissarju għat-Tfal fi stqarrija nnotat li t-tfal huma suġġetti attraenti għar-reklamar ta’ prodotti u servizzi u ma jistax jonqos li hekk kif l-elezzjoni generali toqrob l-immagini tagħhom tintuża wkoll għall-komunikazzjoni politika.

F’pajjiż fejn kulħadd jaf lil kulħadd u d-deni tal-elezzjoni jibda jinhass, il-Kummissarju għat-Tfal tħoss l-importanza li l-adulti jkunu konxji mill-effett li wiri ripetut tal-immagni tat-tfal jista’ jħalli fuq l-istess minuri.

Il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal tagħti lill-minuri l-jedd li jipparteċipaw, jiffurmaw opinjoni u jassoċjaw ruħhom ma’ partit jew ieħor.

Madanakollu, il-Kummissarju għat-Tfal tħoss li din il-parteċipazzjoni attiva mill-minuri spiss tiġi sfruttata sew minn aġenti kkummisjonati u wkoll minn ġenituri, li jagħtu l-kunsens sħiħ tagħhom għal din il-parteċipazzjoni. Ftit huma dawk li jqisu l-effetti fit-tul tal-parteċipazzjoni tat-tfal fil-kampanji elettorali. Xbihat ta’ minuri fuq billboards u materjal politiku ieħor jistgħu xi kultant iwasslu għal ibbuljar kif ukoll għal diskriminazzjoni.

Għal din ir-raġuni, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal talab lill-Awtorita’ Maltija dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex tfassal standards għall-parteċipazzjoni tal-minuri f’ komunikazzjoni politika, kampanji elettorali, referenda u kull ma għandu x’ jaqsam mal-votazzjonijiet.

L-Istandard tfassal minn Kumitat Tekniku magħmul minn:

Aġenzija Appoġġ

Alternativa Demokratika

Assoċjazzjoni Maltija Awdjo-Viżiva

Awtorita’ tax-Xandir

Kummissarju għat-Tfal

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilta’

Partit Laburista

Partit Nazzjonalista

Uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Universita’ ta’ Malta – Fakulta’ tal-Benessri Soċjali

Servizz tax-Xandir Pubbliku

L-Istandard joffri linji gwida ċari lill-aġenti kkummisjonati u ġenituri kollha għall-protezzjoni u l-appoġġ lill-minuri fl-istadji kollha tal-produzzjoni.

L-Istandard jeżiġi li qabel il-kunsens tal-ġenituri jsir assessjar minn professjonisti rikonoxxuti fil-qasam soċjali sabiex jiġi żgurat li t-tfal ikunu jafu kif u fejn se jidhru   imma wkoll sabiex ikunu konxji minn xi impatt negattiv qabel jinghata l-kunsens.

L-Istandard huwa miftuħ għal konsultazzjoni pubblika sal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, 2017.

Jgħid li anke immigranti li ma jikkwalifikawx għal refuġjati ħaqqhom jibqgħu hawn Malta

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li l-liġi Ewropea u dik Internazzjonali huma ċari dwar migranti li jkunu ħarbu minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà f’pajjiżhom. Fi stqarrija qal li dawn għandhom jingħataw protezzjoni kif hi xierqa mingħand il-pajjiż li qed jirċivihom. Dan ifisser li jkollhom dritt jgħixu u jaħdmu fil-pajjiż li qed jirċivihom b’mod regolari.

Id-dritt tal-“Protezzjoni Temporanja Umanitarja” li ngħatat mill-awtoritajiet Maltin lill-migranti kien pass ‘l quddiem; ċioe dawk li ma jikwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali ma jintbgħatux lura fi żmien qasir mid-dħul irregolari f’Malta. Aqra aktar

KUNDANNA mill-Kummissarju għat-Tfal

Illum huwa l-Jum Ewropew kontra l-Vjolenza Sesswali fuq it-Tfal.

Mingħajr ma daħal fil-mertu tal-allegati abbuzi sesswali fuq minuri fi skola li ghadħom taħt investigazzjoni tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija kkundanna  kull azzjoni vjolenti u abbużżiva kontra t-tfal.

Kellu kliem iebes ukoll kontra kull abbużż vjolenti u sesswali fuq it-tfal, jagħmlu min jagħmlu. “Ma ninsewx li l-adulti, u b’mod partikolari dawk li għandhom it-tfal fdati fir-responsabbiltà tagħhom, għandhom ikunu xempji ta’ valuri u mudelli ta’ mġiba li tirrispetta d-dinjità ta’ kull tifel u tifla”.

Aqra aktar

Send this to a friend